Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi | Page 109
Każin Banda San Pawl, Safi
Festa 2019
Każin San Pawl Safi 1989
minn Paul Callus
Nibet ħsieb f’missirijietna
li każin jorganizzaw
ħalli s-sehem fil-festa joktor
lil San Pawl b’hekk jonoraw.
meta l-Ħadd kmieni filgħodu
rajt bħal daħna fis-smewwiet?
Kien imbeda l-ħatt tal-ġebel,
“San Pawl magħna!” l-għajta dwiet.
Seħħ il-pjan li huma kellhom
u ħabirku għal tant snin
ġewwa lok f’naħa tal-pjazza;
tgħidx kemm bih kienu kburin. Kienet forsi apatija
injoranza jew il-flus
illi baqgħu jżommu lura
’l min ried jimxi b’pass meqjus? Naħseb l’int kont wieħed minnhom
dawk li flus ġabru jew taw,
għax kif tafu, bla finanzi
djar flok telgħu, iżżarmaw!
Wasal żmien iżda li beda
jinħass bżonn ta’ post aħjar
u bil-għan li dan jirnexxi
sar elf ħsieb li mar-riħ tar. Kollox deher staġnat u qiegħed,
ix-xewqat taħt is-saqajn,
kull idea illi tinbet
malajr togħdos taħt it-tajn. Jew kont int li xemx u xita
dawwart ġebla, nġart u bnejt,
kaħħalt ħajt, ħdimt dawl u ilma,
stinkajt tant, għaraqt, għajjejt.
Sakemm wasal jum ir-rieda!
’l-membri ħatru kumitat –
Dana qabad waħda r-riedni
u saq dritt fejn immarkat Stajt kont wieħed ukoll illi
materjal ġibt darba tnejn,
jew offerti tajt ta’ siwi
u ħaddimt magni u krejn.
ċar u tond fuq qalb kull wieħed
illi f’demmu hemm ix-xrar,
tal-kuraġġ jistenna l-kelma,
biex jitkebbes u jsir nar. Kienu xhur ta’ xogħol bla heda
b’mod speċjali għal xi wħud.
Il-problemi qatt ma naqsu,
iżda r-raħal kien magħqud
“Agħmlu l-qalb!” kienet il-għajta,
“Xogħol hemm bżonn, u serjetà;
ibqgħu ċerti li dan kollu
il-ħolm jibdel f’realtà.” f’fehma waħda u sinċiera
jara l-bini tiela’ ’l fuq;
ġebla ġebla fl-aħħar tlesta –
ħsieb il-poplu ġie milħuq.
Qam fervur mar-raħal kollu,
fost l-anzjani, qalb iż-żgħar.
Ma ħassejtx id-demm fil-vini
ibaqbaqlek dakinhar Iss’ hemm qiegħed każin nobbli,
mhux ta’ b’xejn bik imkabbrin.
Pjazza tgħaxxaq ta’ dar-raħal,
Monument għall-Ħalsafin.
Kirsty Callus taqra
din il‑poeżija waqt
il‑ftuħ tal‑każin
fl‑20 ta’ Awwissu
1989
90 Sena Soċjetà 1929-2019
30 Sena Banda 1989-2019
175 Sena Statwa Titulari 1844-2019
107