Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb Festa 2019, Każin Banda San Pawl Safi | Page 103

Każin Banda San Pawl, Safi Festa 2019 San Pawl fl‑Arti minn E.V. Borg E.V. Borg; imwieled l-Imdina fl-1945. Fl-iskola elementari studja l-Arti taħt Mastru Karmenu Tonna (1910-73). Studja l-Liceo tal-Ħamrun taħt Mastri George Borg (1909-83) bejn l-1957 u l-1958 u Esprit Barthet (1919-99) bejn l-1960 u l-1962. Fil-Kulleġġ tal-Għalliema San Mikiel huwa studja l-Arti taħt Karmenu Mangion (1905-97) bejn l-1963 u l-1965). Huwa studja l-Ekonomija u l-Istorja tal-Ekonomija l-MCAST (1966-68) u l-Istorja fl-Università ta’ Malta (1977-82). Kiteb aktar minn elfejn artiklu kritiku dwar l-Arti u kien kuratur ta’ mijiet ta’ esebizzjonijiet f’Malta kif ukoll barra. Huwa magħruf bħala għalliem, kittieb, kritiku u kuratur. Kien bniedem formidabbli, b’rieda tal-azzar, kuraġġuż u kien lest li jħalli ħajtu biex iferrex it-tagħlim ta’ Ġesù Kristu. Bniedem mistiku, ħassiebi reliġjuż profond, intelliġenti u ġenju bil-mod li b’kitbietu qiegħed is-sisien tat-teoloġija Kristjana. 1 Bħal kull bniedem tassew magħruf għemilu sar mitiku, kważi leġġendarju u nistgħu inxebbhuh ma’ Platun, Alessandru l-Kbir jew Santu Wistin. Il-mit hija l-bażi ta’ kull storja. Dokumenti bikrija jiddiskrivuh bħala bniedem qsajjar, qargħi u matnazz. 2 Fin-nuqqas ta’ xbiha kontemporanja din id-deskrizzjoni influwenzat l-istorja tar-ritratt (portrait) tal-qaddis tul l-istorja tal-arti. Fir-Rinaxximent fuq l-eżempju ta’ artisti Medjevali nsibuh b’dawn il- karatteristiċi u ħafna drabi b’baffi suwed. Fis-seklu sbatax u iżjed tard insibuh b’baffi bojod, b’xagħar twil fir-rwol ta’ patrijarka. L-ikonografija jew simboliżmu komuni użat biex il-qaddis jingħaraf mill-ewwel huma x-xabla tal-martirju u manuskritt jew parċmina bħala l-awtur tal-epistoli. Ħafna drabi nsibuh flimkien ma’ San Pietru. Il-ġenju tiegħu jinħass fil-kliem ta’ għaref li kiteb f’paragrafu qasir dwar l-imħabba, “L-imħabba hi siebra; l-imħabba hi twajba, ma tgħirx; l-imħabba ma tiftaħarx, ma titkabbarx; ma tagħmilx dak li ma jixraqx, ma tfittixx dak li jaqblilha, ma tiħux għaliha, ma żżommx f’qalbha għad-deni, ma tiftaħarx bid-dnewwa, imma tifraħ bis- sewwa. Kollox tagħder, kollox temmen, kollox tittama, kollox tagħmel. L-imħabba ma tmut qatt.” 3 Żgur li l-artisti li pittru l-immaġni ta’ San Pawl kienu konxji tal-għerf u l-ġenju tiegħu u kkunsidraw il-mistiċiżmu tiegħu, il-karattru b’saħħtu u l-kuraġġ bestjali. Ftit mill-aqwa ritratti (portraits) li fadlilna ta’ dan il-bniedem formidabbli huma ta’ mastri famużi bħal Masaccio, El Greco, Raffaello, Durer, u Rembrandt. San Pawl (1426, Politiku ta’ Pisa, Pisa Museo di San Matteo) xogħol Masaccio huwa bniedem kontemplattiv, riflettiv, kważi jinħass idur fuq l-assi lejn il-lemin, massiċċ u matnazz kważi skolpit jew imnaqqax iżjed minn pittura. Masaccio kien influwenzat mill-iskultura ta’ Nicola Pisano u Donatello u għalhekk il-plastiċità (it- tielet dimensjoni) toħroġ qawwija. 4 Iżjed magħruf huwa l-profil li Masaccio pitter (1426, Firenze, Il Carmine, Cappella Brancacci) ta’ San Pawl iżur u jsabbar lil San Pietru fil-ħabs, parti miċ-ċiklu ta’ affreski, il-Ħlas tat- Tribut (The Tribute Money). Huwa fi profil artikulat b’xagħar u baffi suwed jidher qiegħed jikkonsla lil San Pietru bi driegħ merfugħ u sebgħu artikulat jinħass L‑Appostlu Pawlu ta’ El Greco ‑ 1610‑14, Toledo, Museo El Greco 90 Sena Soċjetà 1929-2019 30 Sena Banda 1989-2019 175 Sena Statwa Titulari 1844-2019 101