Il-Malti... Naqra, Nitpaxxa, Nixtarr! | Seite 5

Sandra: Tużawhom ħafna ċ-ċopstiks? Liling: Iva, imma fl-Asja l-frieket huma xorta validi. Issa tista’ tgħidli fuq xi ikel Malti għax l-aħħar sentejn ma tantx ħadt minnu. Sandra: Aħna għandna pastizzi f’forma ta’ djamanti mimlijin bl-irkotta jew bil-piżelli. Għandna żebbuġ mimli b’taħlita ta’ tonn u bigilla li hija dipp Maltija tajba mal-galletti. Jien jogħġbuni lbraġjoli, l-istuffat u z-zalzett Malti. Liling: Hemm xi ħelu li huwa tajjeb ħafna? Sandra: Nirrakkommanda li tipprova l-qagħaq tal-ħmira, l-imqaret, il-kannoli tar-rikotta u meta tkun qiegħda l-karnival, il-prinjolata u l-perlini. Liling: Naħseb li hemm ħafna kulturi li għamlu affarijiet simili bħal tagħna. It-Taljani vvintaw l-ispagetti meta aħna vvintajna n-”noodles” u l-Ingliżi ħadu l-idea tat-te lura magħhom lIngilterra. Sandra: Naħseb għandek raġun. Iċ-Ċiniżi kif jagħmlu n-”noodles”? Liling: Tradizzjonalment iċ-Ċiniżi jagħmlu n-”noodles” friski bil-metodu tal-”Hand Pulling”. Il-”Hand-Pulled Noodles” jissejħu Lamian. Il-Lamian jiġi magħmul billi ddawwar, iġġebbed u titwi l-għaġina bil-piż tagħha. Fil-fatt jekk idduq in-”noodles” tal-fabbrika u n-”noodles” li tagħmilhom bl-idejn, issib id-differenza fit-togħma għax dawk li tagħmilhom bl-dejn huma iktar friski. Sandra: Kif tiċċelebraw il-bidu tas-sena fiċ-Ċina? Aħna ningħaqdu bħala familja u nieklu flimkien. Liling: Aħna niċċelebraw kollox aħmar u ommi tagħtini flus kull sena. Aħna l-bidu tas-sena nsejħulu l-festival tar-rebbiegħa. Hemm leġġenda li tgħid li kull sena, dragun jismu Nian (li tfisser sena), kien jitterrorizza n-nies tal-villaġġ.Darba huma skoprew li meta jiddekoraw ilvillaġġ bil-kulur aħmar id-dragun ma jattakkax u għalhekk sa din il-ġurnata ċ-Ċiniżi jagħtu importanza kbira lill-kulur aħmar. Sandra : Jien l-iktar festa li togħġobni hi l-festa ta’ San Martin għax kull sena nirċievi borża bit-tin, lewż, ġewż, rummien u l-ħobża ta’ San Martin. Liling: (daqqet il-qanpiena) Issa nkomplu nitkellmu xħin nistennew għall-karozza tal-linja. Ejja mmorru għal-lezzjoni tal-Matematika għax inkella l-għalliema tarma tgħajjat magħna. Sandra: Veru, aħjar immorru. Thea Bartolo