Il-Malti... Naqra, Nitpaxxa, Nixtarr! | Page 15

Vaganza In-Natura Issib ruħek ġewwa post miżgħud bis-siġar qisu bosk. Qrib ir-Rabat ftit ‘il ġewwa il-Buskett biex tifhmuni sewwa. Tara siġar kbar u żgħar bosta għasafar mal-madwar jgħannu fil-beraħ ferħanin ifittxu l-ikel għall-frieħ tagħhom ċkejknin. Fjuri mdakkra minn bosta friefet b'ħeġġa kbira n-nemel għall-ikel jissielet. Żarżir il-grillu jinstema’ fid-dlam waqt li jkun moħbi fix-xitel tat-tadam. Arja friska ma’ kullimkien aħna t-tfal niġru flimkien xemx u xita xorta mmorru kpiepel u ġkieket magħna nġorru. Ejjew nibżgħu għall-ambjent naturali jekk le, ikollna diżastru totali. Fil-futur għad infittxuh u min jaf nerġgħux insibuh. Shanise Cachia Ix-Xemx Fejn hi x-xemx, nann? Dik li meta kont żgħira, kont tmur tiġri u tilgħab ġewwa xi għalqa sabiex taqbadha. Kont tmur tgħum fil-baħar blu kristall, fil-bajja sabiħa tal-Mellieħa, sabiex tieħu gost tinxtewa taħtha. Illum il-ġurnata nann, ma tistax taraha. Għajnejk m’għadhomx tajbin. Iżda nann, hemm jien ħdejk, sabiex niddiskrivilek is-sbuħija tagħha. Tibżax nann, aqbadli jdejja, sabiex immorru naqbduha flimkien. Rianne Azzopardi Iva, veru morna vaganza, fil-belt tal-imħabba wasalna, blu, abjad u aħmar, laqgħuna fl-ajruport mal-wasla tagħna. Għal ġol-lukanda ġrejna, xi ġmiel, kemm hi lussuża, tennejna lkoll flimkien, mhux ta’ b’xejn hi famuża. L-għada fil-park morna, kemm hu kbir u sabiħ, kemm ġrejt u lgħabt ma’ Lorna, sewwa jgħidu hemmhekk dinja oħra. Xi dwejjaq għaddiet il-ġimgħa, qas rajtha għaddejja, kemm ħadt gost, Malta erġajt ġejja. Hayley Chircop Wied il-Għasel Wied il-Għasel fil-qalba tal-gżira il-kulur ħadrani jisboq kullimkien. Fil-qalba tal-wied li jaqsmu fi tnejn l-ilma jgelgel minnufih wara ħalba xita settembrina. Ġewwa dal-wied, il-qalb tistrieħ bis-sbuħija naturali is-siġar, il-fjuriet. Għall-għasel imsemmi dal-wied hekk sabiħ għaliex hemm ġo fih idakkru n-naħliet. Wied il-Għasel fil-qalba tal-gżira, fil-qalb tal-Maltin nistgħu nsibu dal-wied. Kirsty Mifsud