Il-bijografija ta’ Michael Morpurgo
Michael Morpurgo huwa kittieb Ingliż magħruf għan-novelli
addattati għat-tfal. Hu twieled fis-sena 1943. Il-ġenituri
tiegħu kienu Tony Van Bridge u Kippe Cammaerts. Waqt li Tony
kien qed jiġġieled fit-tieni Gwerra Dinjia, Kippe ltaqgħat ma’
Jack Morpurgo. Morpurgo ltaqa’ ma’ missieru meta kellu
dsatax–il sena.
Morpurgo ffrekwenta skejjel f’Londra, Sussex u Canterbury. Liskola kien iħobb ħafna l-isports u daħal ukoll fil-kor tal-iskola.
Hu kiteb il-ktieb "The Butterfly Lion" fuq l-esperjenzi koroh li
kellu fil-"boarding schools". Hu mar f’kulleġġ Londra biex
jistudja l-Ingliż u l-Franċiż. Wara sar għalliem fi skola primarja.
Ix-xogħol tal-għalliem kien l-ewwel xogħol li kellu. Fl-aħħar tal-għoxrinijiet, waqt li kien qed
jgħallem, skopra t-talent tiegħu biex jirrakkonta l-istejjer.
Morpurgo hu magħruf għar-rakkonti maġiċi tiegħu minħabba ttemi tiegħu: ir-relazzjoni tal-karattri man-natura u postijiet
fejn seħħew ċerti ġrajjiet, bħall-ewwel gwerra dinjija.
Morpurgo kiteb ħafna interpretazzjonijiet ta’ stejjer klassiċi
bħal "Pinocchio", "Hansel and Gretel" u "Joan of Arc". Kien
hemm ħafna verżjonijiet ta’ films tal-kotba li kiteb, fosthom
"Friend or Foe", "Private Peaceful", "Why the Whales Came" u
"War Horse".
Michael Morpurgo żżewweġ lil Clare, it-tifla ta’ Sir Allen Lan, ilfundatur ta’ Penguin Books. Clare u Morpurgo waqqfu "Farms
for Children" u l-għan tagħha hu li tipprovdi lil tfal minn bliet
differenti esperjenza f’razzett għal ġimgħa fejn huma jagħmlu ftit xogħol fir-razzett.
Morpurgo ħa jibqa’ magħruf għal kotba li jwasslu messaġġi pożittivi lil min jaqrahom.
Morpurgo għadu jikteb kotba vera sbieħ. L-iżjed ktieb riċenti huwa "Eagle in the Snow".
Thea Bartolo