38
4. Bradella u Bankun ġodda għall-Istatwa
Ir-restawr tal-istatwa u tal-pedestall kif ukoll irrinovazzjoni
u t-tisbiħ tan-niċċa bdew jitolbu li jsiru
bradella u bankun ġodda, aktar dinjitużi, li jixirqu
lill-istatwa artistika tal-Battista. B’hekk ir-rigal tagħna
lil San Ġwann fl-okkażjoni tal-175 sena tiegħu fostna
seta’ jkun tassew komplut. Għalhekk ittieħdet iddeċiżjoni
li jsir ukoll dan il-proġett. Id-disinn tagħhom
sar minn Manuel Farrugia, li qed jieħu ħsieb ukoll
id-direzzjoni tax-xogħol. Farrugia ħa ħsieb li dan
id-disinn ikun kumplimentari ma’ dak tan-niċċa u li
t-tnejn ikunu jaqblu mal-istil tal-istatwa. Id-disinn
ġie approvat fil-laqgħa tal-Presbiterju tal-parroċċa u
approvat ukoll mill-Kummissjoni Arti Sagra tad-djoċesi
ta’ Għawdex. Ix-xogħol tal-karpenterija tħalla f’idejn
Ġanni Zammit. Il-mudellatura tad-disinni fit-tafal u
l-eżekuzzjoni tal-ornamenti biex jinħadmu fl-injam
qed isiru minn Hubert Saliba waqt li x-xogħol talinterzjar
u l-applikazzjoni tal-lustru bit-tajjara (french
polish) qed isiru minn Joseph Vella. L-erba’ medaljuni
li jirrappreżentaw episodji mill-ħajja ta’ San Ġwann
ser jinħadmu bħala alto riljevi fuq disinn ta’ Manuel
Farrugia u mudellati fit-tafal minn Hubert Saliba taħt iddirezzjoni
tal-istess Manuel Farrugia. Finalment dawn
ser jiġu fonduti fil-bronż għand Domus Dei Fonderia
Artistica 1963 f’Ruma, l-Italja. Huwa ttamat li, jekk Alla
jrid, dan il-proġett ikun lest għas-sena d-dieħla.
Impressjoni artistika ta’ wieħed mill-altoriljevi
tal-panewijiet li ser isiru fl-erba’ faċċati tal-bankun.
Id-disinn tal-bradella u bankun ġodda, ta’ Manuel Farrugia.