47
Rajtek tinbidel interVista Ma ' john attarD
Ir-rivista Gourgion wara li semgħet bil-pjanijiet għallmusical ' Rajtek Tinbidel- Ġrajja ta’ Nofs Seklu ' iltaqgħet mat-tim responsabbli minn dan il-proġett ambizzjuż u tkellmet miegħu dwar il-pjanijiet li qed isiru. Staqsejna dwar x ' wassal biex tinbet din l-idea u x ' għandu jistenna l-poplu Xewki f ' Mejju li ġej.
Editur“ Rajtek Tinbidel”- Ġrajja ta’ Nofs Seklu. It-titlu biss ukoll huwa biżżejjed biex iqajjem kurżità kbira u jqanqal interess kbir. X’ tgħidulna fuqu?
John
“ Rajtek Tinbidel” tnissel f’ moħħi f’ mument turbolenti ħafna. L-2015 kienet sena li ġabitli ħafna maltemp. Fi Frar tlift lill-missier bioloġiku tiegħi u f’ Awwissu ħsibt li se nitlef lil dak putattiv. Kollox beda fit-30 ta’ Awwissu mat-tħabbira tal-bidla tal-Arċipriet Mercieca. Rajt ħajti kollha tgħaddi minn quddiemi bħal sajjetta f’ dawn iż-żewġ avvenimenti. Ħarist madwari u mort lura fiż-żmien kemm tatni l-memorja u ma stajt nara xejn li ma kellux il-marka tal-Arċipriet Mercieca. Smajt l-għajta ttarrax biex nagħmlu xi ħaġa kbira biex nirringrazzjaw lil dak, li l-ħabib tal-qalb tiegħi, Mario Borg iddeskriva bl-aktar mod perfett bħala“ Missier ix-Xewkija Moderna”.
Mario Iva, niftakar dik it-telefonata ta’ John nhar it-30 ta’ Awwissu 2015, ftit minuti biss wara li ħarġet l-aħbar tal-bidla tal-Arċipriet, fejn qalli biex nagħmlu musical. Diskursata ta’ ftit sekondi imma kienet il-bidu ta’ dan ix-xogħol.
Editur Għala musical meta għal dawn l-aħħar numru ta’ snin l-Għaqda Drammatika Xewkija tista’ tgħid li tellgħet biss drammi, l-aħħar wieħed kien“ Ix-Xhud li ma Deherx”?
John
Dan l-aħħar ġejna mitluba bosta drabi biex nerġgħu nagħmlu operetta. Kulħadd jaf kemm kienu popolari u mfittxija l-operetti li konna nagħmlu bejn l-1980 u l-1990. Donnu dan l-aħħar żmien reġgħet tqanqlet in-nostalġija. Fl-istess ħin, il-ħolma tiegħi kienet ferm wiesgħa aktar minn hekk. Jien xtaqt bla dubju ta’ xejn nikkuntenta lil dawk kollha li talbuna biex nerġgħu nagħmlu operetta. Ħlomt ukoll li fl-istess ħin nagħmlu xi ħaġa biex nirrikonoxxu u nfakkru lil bosta Xewkin li, bid-dehen ta’ moħħhom, blgħaraq ta’ ġbinhom, bis-saħħa ta’ dirgħajhom, b’ ġenerożità li ma tafx b’ limitu u fuq kollox b’ imħabba ġenwina lejn Alla l-Imbierek u lejn il-patrun maħbub tagħna San Ġwann Battista, sawru ġrajjiet li jien inħobb insejħilhom inkredibbli. Xtaqt ukoll li dan ikun xogħol kompletament oriġinali u tkun xi ħaġa differenti, xi ħaġa kbira. Editur F’ kelma oħra kienet viżjoni ambizzjuża ħafna. John Kienet u għadha. Biss id-drive wara dawn ilġrajjiet( il-bini tar-Rotunda, biex nagħti eżempju wieħed) kienet ambizzjuża ferm aktar minn kull ħaġa li jien nista’ noħlom li nwettaq. Nistieden lil kull min jixtieq, imur il-knisja tagħna u joqgħod fil-kwiet iħares madwaru, jifliha bir-reqqa u jaħseb fuq li jkun qed jara. Ma jara xejn anqas minn kapulavur. Kapulavur li sar bl-idejn ta’ missirijietna. Missirijietna wrewna kif la hemm bżonn kompjuters, la lasers, la krejns, la bulldozers u lanqas xejn minn dan l-apparat sofistikat tallum biex tagħmel xi ħaġa anke jekk hi tant kbira. Urewna kif kullma għandna bżonn hi