Gourgion Ġunju 2016 Għadd 58 | Seite 94

46

Bosta Jifirħu fi Twelidu

( Poeżija fl-okkażjoni tal-ħruġ tal-istatwa ta’ San Ġwann min-niċċa)
Mario Borg
Kull sena f’ dal-jum sewwa, intenni mistoqsija. X’ inhu dal-ferħ ġewwieni, li nħossu fix-Xewkija?
X’ inhu dak li jqanqalna, inħallu d-djar tagħna, ninġabru f’ dir-Rotunda, ilkoll daqshekk ħerqana?
X’ inhuwa dan is-seħer, li lkoll ninħakmu bih, f’ dal-Maqdes singulari, f’ dal-lejl sajfi, sabiħ?
Għaliex huma leqqiena, bid-dmugħ, illum l-għajnejn, u jfawwar, mix-xfar jaqbeż, ixarrab lill-ħaddejn?
X’ iġagħalna bħala poplu, f’ ċapċip ninfexxu lkoll, u f’ kant, tifħir u għana, kull Xewki lsienu jħoll?
Jien nemmen b’ qalbi kollha, ta’ dan il-veru għan, mhuwiex biss għax min-niċċa, illum joħroġ San Ġwann.
Imħabbar kien żmien ilu, fit-tempju’ l Żakkarija, li talbu kien instema’,‘ Żabbetta’ ttih tarbija,
U kellu t-twelid tiegħu, inissel hena kbir, kull qalb ġewwa Ein Karem bil-ferħ riedet ittir.
U reġa’ nħass ferħ bħalu, kif Alla Bniedem sar, sew sewwa sitt xhur wara, kif twieled Kristu f’ għar.
U baqa’ l-ferħ jintiret, fiż-żewġ Milidijiet, sew f’ Ġunju u f’ Diċembru matul iż-żminijiet.
Għalhekk bil-ferħ nitqanqlu, kull sena f’ jum bħal dan; Għaliex kif twieled Ġwanni, kien mibdi t’ Alla l-pjan.
Imnebbħa kienu niesna, mis-Sema, ilu żmien, hekk kif lil Ġwanni għażlu, ikun tagħhom ħarsien.
Għax ħadd ma qam daqs Ġwanni, dan Kristu stqarr bil-fomm, ma twieled ħadd kbir daqsu minn ġewwa ħdan ta’ omm.
U din l-imħabba ssarrfet sabiex tissawwar xbieha, ta’ Ġwanni il-Battista, għar-raħal tax-Xewkija.
Il-ġmiel ta’ dil-figura, seddqitna f’ għaqda kbira, u ssaħħar Għawdex kollu, kif rifset fuq il-gżira.
Is-snin tgerbu u tqallbu, inbiddlu d-drawwiet, w’ għal Ġwanni imħabbitna, maż-żmien baqgħet tiżdied.
Għax int kont għadek, tibqa’, il-ġawhra tax-Xewkin, kbir maqdes tellajnielek, frott l-għaqda ta’ tant snin.
X’ ma tkunx il-qalb mimlija, bil-ferħ, ma’ kullimkien, x’ ma jmurx kulħadd ifaħħrek u jħoll tiegħu l-ilsien
X’ ma niġux hawn bi ħġarna sabiex nagħtuk tifħir; Twelidek ta’ kull sena, fi qlubna jġib ferħ kbir.