Gourgion Ġunju 2016 Għadd 58 | Page 86

42
7.30pm
7.45pm
9.30pm
9.30pm
Każin tal-Banda għall-pjazza. Jieħdu sehem l-emigranti Xewkin bl-istandard tal-pajjiż tagħhom. Translazzjoni solenni bir-Relikwija ta’ San Ġwann Battista mmexxija minn Mons. Carmelo Mercieca ex-Arċipriet tal-parroċċa. Jakkumpanjaw il-Kavallieri tal-Ordni Sovran ta’ San Ġwann. Konċelebrazzjoni solenni ta’ lejlet il-festa mmexxija minn Mons. Carmelo Mercieca ex-Arċipriet tal-parroċċa. Jipprietka Mons. Edward Xuereb, Vigarju Ġudizjali u Kappillan tal-parroċċa tal-Għasri. Jieħdu sehem attiv l-Emigranti Xewkin. Marċ mill-Banda Victory tax-Xagħra, minn Triq Indipendenza sa Pjazza San Ġwann Battista fejn tagħmel Programm Mużikali fuq il-planċier taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Joseph Galea. Marċ mill-Banda San Ġużepp ta’ Għajnsielem, li jibda minn Triq il-Mitħna, għal Triq il-Ħamrija.
10.00pm Il-Banda Prekursur tiltaqa’ mal-Banda San Ġużepp fi Triq il-Ħamrija, li flimkien jgħaddu għal Triq Santa Katerina u Triq il-Knisja, sa Pjazza San Ġwann Battista. 12.00am Ħruq tal-logħob tan-nar tal-art.
Il-Ħadd 26 ta’ Ġunju: Jum il-Festa
8.45am
Filgħodu l-Quddies ikun fil-5.30am, 6.30am, 7.30am, 10.30am u 11.15am. Ikun hemm servizz tal-qrar qabel kull Quddiesa. Konċelebrazzjoni Pontifikali solenni mmexxija mill-E. T. Mons. Isqof Mario Grech. Jinseġ ilpaniġierku Mons. Joseph Sultana, Arċipriet tal-parroċċa tal-Viżitazzjoni fl-Għarb. Jingħata servizz ta’ meals on wheels lill-irġiel li jgħixu waħidhom.
11.30am Marċ brijuż mill-Banda Duke of Connaught’ s Own ta’ Birkirkara, li jibda minn Triq Santa Katerina għal Triq il-Knisja, u jispiċċa fi Pjazza San Ġwann Battista fis-2.30pm.
4.00pm 6.15pm
Quddiesa fil-Museum tas-Subien fi Triq Ħamsin. Konċelebrazzjoni solenni mmexxija mill- Arċipriet Mons. Daniel Xerri li għaliha
6.45pm 7.45pm
8.15pm
8.30pm huma mistiedna b’ mod speċjali x-Xewkin li joqogħdu barra mir-raħal. Jipprietka Mons. Lawrenz Sciberras. Marċ mill-Banda Prekursur li jibda minn ħdejn il-Każin tal-Banda sal-Pjazza. Tibda ħierġa l-Purċissjoni mmexxija mill- Arċipriet Mons. Daniel Xerri, waqt li l-Banda Prekursur tilqa’ l-Istatwa Artisitka ta’ San Ġwann Battista( 1845), xogħol fl-injam u kapulavur ta’ Mastru Pietru Pawl Azzopardi, bl-Innu Reliġjuż“ Fit-Twelid ta’ San Ġwann Battista”. Wara, il-Banda Prekursur issellem lill-Patrun tagħna San Ġwann bl-esekuzzjoni tal-Innu l-Kbir“ La Natività di San Giovanni Battista”( 1950), kompożizzjoni ta’ Mro. Indrì Borg, versi ta’ Ġużeppi Serafin Cutajar bis-sehem tat-Tenur, tal-Baritonu, tal-Mezzo Sopran u l-Kor. Jidderieġi l-Banda Mro. Anthony Borg. Issir ġabra għall-Arka Foundation ħdejn il- Bieb il-Kbir tal-Knisja. Marċ mill-Banda Cittadina La Stella tal-Belt Vittorja, minn Triq Indipendenza sa Pjazza San Ġwann Battista fejn tesegwixxi programm mużikali taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Joseph Vella. Tibda miexja l-purċissjoni akkumpanjata mill- Banda Prekursur bid-daqq ta’ innijiet u marċi reliġjużi.
10.15pm Wasla tal-istatwa ta’ San Ġwann Battista fil- Pjazza.
10.45pm Dħul tal-istatwa ta’ San Ġwann Battista fil- Knisja Rotunda. Isir il-kant tal-Antifona bissehem tal-kor u l-orkestra, Barka Sagramentali u bews tar-Relikwija. Issir ġabra speċjali għallfesta tal-Martirju ta’ San Ġwann Battista.
Il-Ħamis 30 ta’ Ġunju: Jum ta’ radd il-ħajr 7.30pm
Konċelebrazzjoni solenni ta’ radd il-ħajr lil Alla għall-grazzji li sawwab fuqna fil-jiem tal-festa. Fi tmiem il-Quddiesa nassistu għad-dħul fin-niċċa tal-istatwa artistika ta’ San Ġwann Battista. Mistiedna b’ mod speċjali ż-żgħażagħ u l-kumitati b’ rabta mal-festa.
In-nar tal-festa huwa maħdum minn dawn il- Kmamar tan-Nar:
• Jason, ta’ Kerċem
• Visitazzjoni, tal-Għarb
• San Ġużepp, Ħal Kirkop
• St Mary, tal-Mqabba
• San Mikiel, ta’ Ħal Lija
L-Orkestra tkun taħt id-direzzjoni ta ' Mro. Colin Attard bis-sehem tal-Kor tal-Parroċċa Vox Clamantis.
Il-funzjonijiet u l-attivitajiet kollha tal-festa ser jixxandru live fuq Radju Prekursur 99.3FM Stereo u ser ikunu streamed fuq il-website www. radjuprekursur. com