41
Fin-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu aħna mistednin immorru nagħtu d-demm fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex bħala att ta’ karità f’ din is-Sena tal-Ħniena.
It-Tnejn 20 ta’ Ġunju, il-ħames jum tan-Novena: Jum l-Għaqdiet tal-parroċċa
5.30pm
7.00pm:
Quddiesa solenni mmexxija minn Dun Mikiel Xuereb, bis-sehem tal-Għaqdiet reliġjużi u ċivili tal-parroċċa. Inawgurazzjoni tal-Pjazzetta u Exhibition Hall fi Triq Santa Katerina, mill-Onor. Dr. Anton Refalo, Ministru għal Għawdex. Wara jsir ukoll il-ftuħ tal-Wirja” Ħidmietna” fil-Każin tal-Banda Prekursur, imtella’ mill-Kumitat Żgħażagħ Brijużi Xewkin f’ għeluq l-għoxrin sena mit-twaqqif tal-istess Kumitat.
9.30pm Marċ mill-Banda Viżitazzjoni tal-Għarb, bl-istatwa ta’ San Ġwann Battista( 2004). Ilmarċ jibda minn Pjazza San Ġwann Battista u jgħaddi minn Triq l-Indipendenza, Triq il- Mitħna, Triq il-Ħamrija, Triq Santa Katerina, sa ħdejn il-pjazzetta ta’ Triq il-Kbira. Wara l-istatwa tittella’ fuq il-pedestall.
It-Tlieta 21 ta’ Ġunju, is-sitt jum tan-Novena: Jum il-voluntiera tal-parroċċa
5.30pm
9.00pm
Quddiesa solenni mmexxija minn Dun Ġwann Mizzi b’ talb speċjali għall-voluntiera kollha tal-parroċċa. Programm Vokali u Mużikali mill-Banda Prekursur taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Anthony Borg, fejn jindaqq l-Innu l-Kbir“ La Natività di San Giovanni Battista” bis-sehem tal- Baritonu, tat-Tenur u tas-Sopran u l-Kor tal-Banda. Il-Programm ser isir fi Triq Santa Katerina, ħdejn il-Każin tal-Banda. Fi tmiem il-Programm jiġi inawgurat proġett ġdid mill-Kumitat taż-Żgħażagħ Brijużi Xewkin f’ għeluq l-għoxrin sena mit-twaqqif tiegħu. Wara jsir riċeviment għall-mistednin distinti u l-bandisti fil-Każin tal-Banda.
L-Erbgħa 22 ta’ Ġunju, l-ewwel jum tat-Tridu: Jum il-vokazzjonijiet
7.30pm
9.30pm
Konċelebrazzjoni solenni tal-ewwel jum tat-Tridu mmexxija minn Dun Joseph Grima. Jipprietka Dun Simon Cachia. Wara Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali mill-Kan. Eddie zammit. Ikun hemm servizz ta’ qrar. Marċ mill-Banda Prekursur li jibda minn Triq il-Ħamrija, Triq Widnet il-Baħar, Vjal il-Labour, Triq Babisku għal Triq il-Ħamrija. L-istatwa ta’ San Ġwann Battista( 1912) tittella’ fuq ilpedestall ħdejn l-Iskola Primarja Roża Magro.
Il-Banda Prekursur qed tagħti s-sehem tagħha f’ dan il-marċ fl-okkażjoni tal-ħmistax-il anniversarju mill-bidu tal-istess marċ. Wara jkun hemm wirja ta’ ħruq tan-nar tal-art.
Il-Ħamis 23 ta’ Ġunju, it-tieni jum tat-Tridu: Jum il-morda
9.00am
7.30pm
9.30pm
Quddiesa għall-anzjani mmexxija minn Dun Ġwann Attard, li fiha jingħata s-sagrament tad- Dilka tal-Morda. Wara jkollhom refreshments mill-membri tal-Azzjoni Kattolika. Konċelebrazzjoni solenni tat-tieni jum tat- Tridu mmexxija minn Dun Ġużepp Camilleri. Jipprietka Dun Simon Cachia. Wara Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali minn Dun Franklin Vella. Ikun hemm servizz ta’ qrar. Marċ grandjuż u uniku mill-Banda Prekursur tax-Xewkija u l-Banda San Girgor ta’ Kerċem li jibda minn ħdejn il-Kappella tal-Ħniena fi Triq San Bert, għall-Pjazza San Ġwann Battista. Fil-pjazza jintwera feature dokumentarju dwar il-parrokat tal-Arċipriet Mons. Carmelo Mercieca u mbagħad il-marċ jispiċċa fi Triq San Żakkarija fejn l-istatwa ta’ San Ġwann iż-Żgħir( 1945) tittella’ fuq il-pedestall.
Il-Ġimgħa 24 ta’ Ġunju, it-tielet jum tat-Tridu: Solennità tat-Twelid tal-Battista
7.30pm
9.30pm
Konċelebrazzjoni solenni tas-solennità liturġika ta’ San Ġwann Battista, immexxija minn Mons. Alfred Grima. Jipprietka Dun Simon Cachia. Wara Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali minn Dun Trevor Sultana. Ikun hemm servizz ta’ qrar. Marċ tad-Dimostrazzjoni mill-Banda Prekursur tax-Xewkija flimkien mal-Banda Mnarja tan- Nadur bl-istatwa ta’ San Ġwann jgħammed lil Kristu( 1930). Il-marċ jibda minn Pjazza San Ġwann Battista u jkompli fi Triq San Żakkarija, Ein Karem, il-Ħelsien, il-Kbira, Santa Katerina, il-Ħamrija, Indipendenza. Il-marċ jintemm fi Pjazza San Ġwann Battista fejn l-istatwa tittella’ fuq il-pedestall.
Is-Sibt 25 ta’ Ġunju, lejlet il-festa: Jum l-emigranti
9.30am Quddiesa li fiha jsir il-kant tat-Te Deum b’ radd il-ħajr lil Alla.
12.30pm Kollegament mal- emigranti Xewk in f’ Melbourne, l-Awstralja, permezz ta’ Radju Prekursur, 99.3 FM Stereo.
3.30pm Tiġrija Tradizzjonali organizzata mill-Kumitat tat-Tiġrija fi Triq l-Imġarr, bis-sehem ta’ bhejjem minn Malta u Għawdex. 7.00pm Marċ mill-Banda Prekursur minn ħdejn il-