40 programm tal-Festi f’ ġieħ San Ġwann Battista
fil-knisja arċipretali Rotunda tax-xewkija, Santwarju djoċesan u Sede Spiritwali tal-ordni Sovran tal-kavallieri ta’ Malta, fis-sena tal-Ġublew tal-Ħniena
16- 26 ta’ Ġunju 2016
40 programm tal-Festi f’ ġieħ San Ġwann Battista
fil-knisja arċipretali Rotunda tax-xewkija, Santwarju djoċesan u Sede Spiritwali tal-ordni Sovran tal-kavallieri ta’ Malta, fis-sena tal-Ġublew tal-Ħniena
16- 26 ta’ Ġunju 2016
Il-Ħamis 16 ta’ Ġunju, id-disa’ Ħamis ta’ San Ġwann u l-ewwel jum tan-Novena: Jum iż-żgħażagħ
7.30am:
5.30pm
8.30pm
9.30pm
L-Arċipriet imexxi Quddiesa għand is-Sorijiet Klarissi, ir-Rabat, b’ talb speċjali għall-parroċċa tagħna. Kulħadd mistieden. Quddiesa tal-aħħar Ħamis ta’ San Ġwann bissehem tat-tfal u l-ġenituri, immexxija minn Dun Anthony Bajada. Matul il-jiem tan-Novena jinġabru offerti bħala għajnuna fil-Proġett Merħba organizzat mid-djoċesi ta’ Għawdex biex nilqgħu fostna grupp ta’ adoloxxenti u żgħażagħ mill-Iraq. Velja ta’ Talb immexxija miż-żgħażagħ. Waqt il-Velja jsir il-ħruġ tal-istatwa artistika ta’ San Ġwann Battista min-niċċa. Id-diversi kumitati marbuta mal-festa joffru bukkett fjuri lil San Ġwann bħala att ta’ qima. Fi tmiem il-Velja tingħata l-Barka Sagramentali. Ikla tal-festa quddiem il-ħanut taċ-Ċali fi Triq il-Knisja, organizzata mill-Għaqda tan-Nar. Ikun hemm live music mill-Grupp Cash & Band
Il-Ġimgħa 17 ta’ Ġunju, it-tieni jum tan-Novena u Jum il-Konsagrazzjoni tar-Rotunda: Jum il-benefatturi
7.15am Tibda ġurnata adorazzjoni quddiem Ġesù
Ewkaristija għall-bżonnijiet tal-parroċċa biex joħroġ ġid spiritwali mill-festa.
5.30pm Konċelebrazzjoni solenni tal-anniversarju tal- Konsagrazzjoni tal-Knisja Rotunda, immexxija minn Dun George Mercieca. Isir talb speċjali għall-benefatturi ħajjin u mejtin tal-parroċċa. 9.00pm Ikla tal-festa fil-pjazzetta ta’ Triq il-Kbira.
Is-Sibt 18 ta’ Ġunju, it-tielet jum tan-Novena: Jum it-tfal u l-adoloxxenti
9.00am: Quddiesa għat-tfal u wara ssir attività għalihom fil-Mużew tal-Iskultura bis-sehem ta’ Ġożi l-Buffu( Dun Brian Gialanze) u Glen the Magician. Fi tmiem l-attività jkollhom refreshments.
6.30pm Konċelebrazzjoni solenni mmexxija mill-E. T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, li fiha jamministra s-sagrament tal-Konfirmazzjoni lil grupp ta’ adoloxxenti mill-parroċċa tagħna.
Il-Ħadd 19 ta’ Ġunju, ir-raba’ jum tan-Novena: Jum il-familja
8.30am
Quddiesa solenni bis-sehem tal-familji talparroċċa, immexxija minn Dun John Meilak. Fi tmiem il-Quddiesa ssir il-preżentazzjoni tat-trabi u t-tfal żgħar lil San Ġwann Battista.