Gourgion Ġunju 2016 Għadd 58 | Page 70

34
L-għoti tal-faxxa mill-Kardinal Angelo Comastri.
konna ngħidu t-talb ta’ filgħodu, imbagħad nitilqu lejn il-Bażilika ta’ San Pietru biex nibdew nippreparaw l-artali li hemm għallquddies. Il-quddies kien ikun fis-sebgħa ta’ filgħodu. F’ San Pietru, ikun hemm għaddejjin malgħaxar quddisiet jew aktar f’ daqqa. Quddies isir ukoll fil-Kripta ta’ taħt il-Bażilika, fejn hemm l-oqbra tal- Papiet. Kull saċerdot kien ikollu żewġ abbatini jgħinuh. Xi abbatini oħrajn, kienu jkunu jagħtu servizz fis-sagristija, jgħinu fl-ilbies u jlestu l-kalċijiet. Wara l-quddies, konna mmorru nieħdu l-kolazzjon. Għal xi l-għaxra, konna nirritornaw il-Bażilika biex nagħmlu dak li jkun hemm bżonn.
Aħna nzertajna konna hemm fil-festa ta’ Santa Marija. Din il-festa tkun iċċelebrata bil-kbir fil-Vatikan. Kellna l-Vespri lejliet kif ukoll l-għada tal-festa. F’ nhar il-festa kellna konċelebrazzjoni mmexxija mill-Kardinal Angelo Comastri. Dan l-istess Kardinal kien ippreżentalna l-faxxa l-ħamra waqt konċelebrazzjoni solenni privata fil-Cappella Del Coro. Preżenti għall-konċelebrazzjoni kien hemm ukoll ilġenituri tagħna. Kull abbati li jagħmel servizz fil-Vatikan jingħata din il-faxxa ħamra, bl-arma tal-Bażilika ta’ San Pietru. Din il-faxxa ħamra tibqa’ tintlibes mill-abbati anke waqt is-servizzi hawn Malta.
Mal-Papa Franġisku waqt Udjenza Privata
Qed noffri l-karlotta lill-Papa Franġisku waqt l-Udjenza.
Laqgħa mal-Papa Franġisku Ġurnata li żgur kulħadd kien jistennieha kienet l-laqgħa mal-Papa Franġisku. Kien il-Ħadd, wara l-Angelus ta’ nofsinhar. Il-Papa kien ġej lura fl-appartament tiegħu wara l-udjenza u ltaqa’ magħna wieħed wieħed. Blumiltà kollha, irringrazzjana tas-servizz li konna qegħdin nagħtu. Wara li berikna, qalilna biex nitolbu għalih. Laqgħa oħra mal-Papa kienet l-Erbgħa waqt l-Udjenza. Kellna post riservat għalina fl-Aula Paolo VI. Jien inzertajt fuq quddiem tas-sala, fil-passaġġ minn fejn jidħol il-Papa. Missieri u ommi kienu xtrawli karlotta mill-Vatikan bħala rikordju tal-mawra tiegħi. Kif rajt il-Papa ġej, ħriġt ilkarlotta u newwilthielu. Il-Papa kien miexi, iżda kif rani, waqaf ħdejja, qabad il-karlotta f’ idu u beda jħares lejha. Imbagħad neħħa l-karlotta li kellu f’ rasu u libes li kont tajtu jien. Wara ftit tal-ħin, reġa’ neħħa l-karlotta tiegħi minn rasu u tahieli lura. Ma ridtx nemmen lill-għajnejja dak il-ħin. Ħsibtni qiegħed f’ xi ħolma. Ma jistax ikolli
souvenir isbaħ tal-mawra tiegħi fil-Vatikan, milli karlotta milbusa mill-Papa Franġisku nnifsu.
Ħarġiet Kulturali Meta ma kienx ikollna servizz fil-Vatikan, id-direttur Dun Frans Bonnici kien joħroġna biex naraw xi postijiet ta’ interess f’ Ruma u fil-madwar. Fosthom morna ġurnata Assisi, r-raħal ta’ San Franġisk. Żorna l-Bażilika kif ukoll inżilna ħdejn il-qabar fejn hu midfun dan il-qaddis. Żorna wkoll i Musei Vaticani. Dan huwa mużew kbir enormi, li trid ġurnata sħiħa biex idduru sewwa, tant hemm affarijiet esebiti. Fosthom insibu statwi antiki ħafna, minn żmien l-Eġizzjani. Laqtuni ħafna s-swali ta’ Raffaello, kollha tpinġija bil-ħitan u s-saqaf b’ kollox. U xi ngħidu għal Cappella Sistina! Hemm differenza kbira bejn taraha fuq xi stampa u tesperjenzaha ta’ vera.
Lura Malta
Iż-żmien jgħaddi u ma jistenna lil ħadd. Kumbinazzjoni kien hemm wieħed turist Ingliż li ltqajt miegħu fil- Bażilika ta’ San Pietru li qalli:“ Time flies when you’ re having fun”. U hekk ġralna, l-għoxrin abbati li konna l-Vatikan. Ġimagħtejn għaddew qishom ħolma. Iżda baqa’ żgur il-memorji, t-tifkiriet u r-ritratti. Irnexxieli nagħmel ħafna ħbieb ġodda kemm Maltin kif ukoll Taljani kemm domt il-Vatikan. Nista’ ngħid li x-xewqa tiegħi seħħet għax minn meta sirt abbati, ilħolma tiegħi minn dejjem kienet li mmur nagħti s-servizz tiegħi fil-Vatikan u fuq kollox, li niltaqa’ mas-suċċessur ta’ San Pietru. Din kienet tassew esperjenza li ser nibqa’ nġorrha miegħi tul ħajti kollha.
Nixtieq nieħu din l-okkażjoni biex nirringrazzja lill kull min għinni u nkuraġġieni biex nagħmel dan ilpass, speċjalment lil Dun Frans Bonniċi, Fr Mark Ellul u d-Djaknu Mario Curmi, illum saċerdot, li ħadu ħsiebna waqt il-mawra tagħna fil-Vatikan, l-Isqof tagħna Mons Mario Grech tal-appoġġ li dejjem sibt min għandu, l-Arċipriet Emeritus Mons Karm Mercieca li kien hu li avviċinani u ħajjarni sitt snin ilu biex nidħol abbati, issaċerdoti tax-Xewkija fejn ħadt l-ewwel tagħlim ta’ kif naqdi fid-dar ta’ Alla, l-Abbatini tal-Paroċċa li tawni kull xorta ta’ kuraġġ, Sr Antoinette Pace, is-soċji tal-MUSEUM
li għallmuni, lill-ġenituri u familjari tiegħi u bosta ħbieb. Il-Laqgħa tagħna mal-Papa Franġisku.