32
Attivitajiet għat-tfal, l-istudenti u l-ġenituri
Matul is-sena ma naqsux l-attivitajiet li jiġu organizzati għat-tfal u l-istudenti li jattendu fil-Qasam tagħna. Minbarra l-lezzjonijiet li jkollna fil-klassijiet matul is-sena kollha, u tħejjija għas-sagramenti tal-Ewwel Tqarbina u l-Griżma tal-Isqof, it-tfal u l-istudenti kollna flimkien laqgħat ta’ talb f’ okkażjonijiet speċjali bħallfesti tal-Madonna u ta’ qaddisin. Saru wkoll diversi lezzjonijiet speċjali fejn anke bl-użu ta’ features u video clips t-tfal u l-istudenti tagħna ġew megħjuna biex jifhmu aħjar xi tfisser is-sena tal-Ġublew tal-Ħniena u kif għandna ngħixuha. L-istudenti l-kbar, flimkien ma ' sħabhom li jattendu fl-Oqsma tal-Museum f’ Għawdex attendew għal-laqgħat li jsiru apposta għalihom darba fix-xahar.
Ġew organizzati diversi attivitajiet rikreattivi, speċjalment matul ix-xhur tas-sajf. Kellna BBQ’ s, Pizza parties, logħob tas-sajf u ħarġiet fejn il-baħar. Ipparteċipajna wkoll f’ tournaments tal-futbol flimkien ma’ studenti li jattendu l-Oqsma tal-Museum ta’ Għawdex.
Il-ħidma tal-oqsma tal-Museum mhijiex biss mat-tfal u l-istudenti. Matul is-sena, flimkien mal-Museum tal-Bniet ġew organizzati wkoll laqgħat ta’ formazzjoni għall-ġenituri. Bħala tħejjija għas-Sagramenti tal- Ewwel Tqarbina u tal-Griżma tal-Isqof, ġew organizzati tliet laqgħat ta’ tħejjija għall-ġenituri li tmexxew mill- Arċipriet tal-parroċċa tagħna. Il-ġenituri u l-istudenti li din is-sena ser jirċievu l-Griżma tal-Isqof, flimkien ma’ ġenituri u tfal minn oqsma oħra tal-Museum f’ Għawdex attendew għall-attività li ġiet organizzata mis-Soċjetà tal-Museum f’ Għawdex bħala tħejjija għal dan is-Sagrament.
Filwaqt li nieħdu din l-okkażjoni biex nawguraw festa sabiħa u qaddisa tal-Patrun tagħna San Ġwann Battista, nagħmlu appell b’ mod speċjali lill-ġenituri biex ikomplu jibagħtu lil uliedhom għat-tagħlim b’ mod regolari. Il-formazzjoni ta’ ruħhom tiswielhom għal ħajjithom kollha. Kif kien iħobb jgħid San Ġorġ Preca,‘ it-tagħlim hu l-għajn ta’ kull ġid’.
Book Keeping & Accountancy Services Audit Preperation- Payroll Administration
Taxation / VAT- Consultancy Services
“ Bernbank” St. Elizabeth Street, Xewkija, Gozo P: + 356 21 561145 M: 99823682