31 għaqDiet reliġjuŻi fiX-Xewkija
M. U. S. E. U. M.- SEzzJoNI SUBIEN
Sena Speċjali għas-Soċjetà tal-Museum fix-Xewkija Il-Ġublew tal-Ħniena, San Ġwann Battista u l-Fundatur San Ġorġ Preca
sup. toni griMa
Nistgħu ngħidu li ninsabu kważi f’ nofs is-Sena Speċjali tal-Ġublew tal-Ħniena mniedi minn Papa Franġisku. Żgur li smajna ħafna fuq il-Ġublew tal-Ħniena, imma forsi ssib min jistaqsi x’ rabta hemm bejn dawn it-tlieta? L-iskop ewlieni li għalih Papa Franġisku sejjaħ din is-sena speċjali, kien biex naħsbu u nifhmu aktar ilħniena kbira ta’ Alla għalina l-bnedmin. Jekk inħarsu biss lejn it-tifisira tal-isem tal-patrun tagħna Ġwanni –‘ Johanan’ diġà huwa messaġġ fih innifsu – rigal tal-ħniena ta’ Alla. Fit-tagħlim u fil-kotba li ħallielna l-fundatur tagħna San Ġorġ Preca, għandna minjiera ta’ tagħlim dwar kemm hi kbira l-ħniena ta’ Alla għalina l-bnedmin. Ħa nsemmu biss xi ħsibijiet li nsibu fil-ktieb‘ Is-Sena tas-Sinjur’. Dun Ġorġ Preca jpoġġi dan il-kliem fuq fomm Ġesù:
“... Alla huwa dejjem pront biex juża ħniena magħha( mar-ruħ tal-bniedem), u l-ikbar pjaċir li tista’ tħoss il-qalb tiegħi huwa dak li twassal quddiem il-Missier Etern numru kbir mill-iżjed li jista’ jkun ta’ midinbin.” Huwa jistħajjel lil Ġesù jgħidilna:“ Ara qatt tiddubita li midneb sejjer ikun imkeċċi minni jekk jersaq lejja għall-maħfra; anzi jisraqli qalbi xħin narah jagħti xi pass lejja”.
Dawn il-kelmiet żgur li huma biżżejjed biex nifhmu kemm Dun Ġorġ għaraf kemm Alla huwa ħanin magħna l-bnedmin.
Papa Franġisku matul din is-sena tal-Ġublew mhux biss iridna nifhmu aktar il-ħniena ta’ Alla, iżda qed jistedinna biex aħna wkoll inkunu strument ta’ ħniena mal-proxxmu tagħna. Fil-ħajja ta’ kuljum, aħna rridu ngħixu dak li għallimna Sidna Ġesù. Kif insibu fil- Vanġelu, Ġwanni l-Battista kien iħeġġeġ biex il-poplu jagħmel karità ma’ min hu fil-bżonn. Anke Dun Ġorġ Preca, jaqsam magħna l-istess ħsieb u biex juri kemm għandha tkun kbira l-ħniena tagħna lejn l-oħrajn, jpoġġi f’ fomm Kristu dawn il-kelmiet:
“... ma jissejħux ulied Alla dawk li ma jħennux u li ma jaħfrux. Jiena espressament ikkmandajt li tkunu ta’ qalb ħanina, bħalma huwa ta’ qalb ħanina l-Missier tagħkom, u wkoll li taħfru. Alla huwa mħabba, immela ma jissejħux ulied Alla dawk li ma jissaportux’ il proxxmu fid-difetti tiegħu, tant tal-ġisem, kemm tar-ruħ.”
Ejjew għalhekk nilqgħu s-sejħa ta’ Papa Franġisku u naħtfu l-opportunità ta’ din is-sena tal-Ġublew biex nagħmlu parti mill-ħajja tagħna ta’ kuljum it-tagħlim ta’ Ġwanni l-Battista u tal-Fundatur tagħna San Ġorġ Preca, u hekk filwaqt li nduqu mill-ħniena kbira li għandu Alla għalina, ndewqu lil dawk ta’ madwarna din il-ħniena, permezz tal-għemil tagħna.
Attivitajiet Speċjali fl-okkażjoni tal-100 sena mill-Bidu tal-Museum fix-Xewkija
Is-sena li għaddiet( 2015) kienet sena speċjali għalina x-Xewkin għaliex fakkarna l-100 sena minn meta s-Soċjetà tal-Museum bdiet fix-Xewkija permezz tas- Sezzjoni Femminili.
Matul din is-sena, flimkien mal-Museum tas-Sezzjoni Femminili ġew organizzati diversi attivitajiet speċjali biex ifakkru dan l-anniversarju. Fost dawn l-attivitajiet, insemmu l-Ġimgħa Mużewmina li normalment issir f’ Settembru. Din is-sena ma saritx fil-Museum tagħna imma ġiet organizzata f’ Ottubru fil-Museum tal-Bniet fl-okkażjoni tal-mitt sena mill-bidu tal-Museum. F’ Novembru ħadna wkoll sehem flimkien mal-membri tas-Sezzjoni tan-Nisa f’ quddiesa ta’ Radd il-Ħajr li saret f’ Novembru.
Anke l-purċissjoni ta’ lejlet il-Milied, li bħas-soltu kienet akkumpanjata wkoll mill-Banda Prekursur, din is-sena għaddiet minn quddiem il-Museum tal-Bniet. Meta wasalna quddiem il-Museum, il-purċissjoni waqfet għal ftit mument sakemm l-Arċipriet Mons. Daniel Xerri għamel ukoll ħsieb qasir u wassal ilmessaġġ tiegħu marbut mat-twelid ta’ Sidna Ġesu Kristu – il-misteru tal-Inkarnazzjoni – li Dun Ġorġ tant kien devot tiegħu.