21 tagħhom tinħall f ’ dawk it-temperaturi għoljin u timblokka l- ‘ fuel nozzles ’ u l- ‘ cooling ducts ’. Taffetwa wkoll is-sistemi ta ’ navigazzjoni u ta ’ komunikazzjoni ta ’ fuq l-ajruplan .
Ritratti mis-satellita li juru s-sħaba tal-vulkan Etna fuq il-gżejjer Maltin fis-27 u 28 ta ’ Ottubru , 2002 .
Il-volcanic ash hija magħmula minn ġebel u silica u allura tigref ħafna u ma tinħallx fl-ilma . Għalhekk , jekk tiġi f ’ kuntatt mal-ajruplani , din tigref il- ‘ windshields ’ fost l-oħrajn filwaqt tiekol il-blades tal-kumpressuri u l-fannijiet . Allura żviluppajna forecast model li kuljum joħoroġ hazard maps fuq il- ‘ website ’ tal-proġett ta ’ VAMOS SEGURO ( www . vamosseguro . eu ). Dan huwa speċjalment utli għall-Uffiċċju Meterjoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta ’ Malta li f ’ kas li jkun hemm eruzzjoni mill-Etna jkun jistgħu jiċċekjaw dawn il-forecasts u jaraw jekk ikunx se jaffetwa t-titjiriet . Apparti volcanic ash , mill- Etna jasal ukoll is-sulphur dioxide hawn Malta u dan kemm waqt eruzzjonijiet ta ’ Etna u anke bejniethom , minħabba li Etna jemetti livelli għoljin ta ’ dan il-gass kemm meta jkun attiv u anke meta jkun passiv . Dan il-gas jaffetwa l-iktar lin-nies li jbatu bl-ażma jew bi problemi respiratorji oħra , b ’ mod partikolari lit-tfal u lill-anzjani .
Eżempji ta ’ ‘ forecast maps ’ li juri l-ammont ta- ‘ volcanic ash ’ fuq il-gżejjer Maltin
Jekk niġu għal-livell ta ’ inkwinament fl-arja ta ’ madwar il-gżejjer Maltin , hemm xi livell allarmanti li jista ’ jkun kawża ta ’ tħassib ?
Bħala livelli ta ’ gassijiet u partiċelli li jagħmlu ħsara lissaħħa tal-bniedem , l-ebda minn dawk li nkejlu aħna ma qabżu r-regolamenti tal-Unjoni Ewropea , anke ' minħabba li aħna qed nieħdu ‘ background measurements ’. Il-livelli tal-ozonu huma ftit għoljin , bħalma huma fil-bqija tal-Mediterran . Jekk nieħdu l-linji gwida tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa , li mhumiex obbligatorji li wieħed jimxi magħhom , naraw li l-ożonu f ’ Malta jaqbeż dawn il-limiti f ’ numru ta ’ ġranet , speċjalment fis-sajf . Dan minħabba l-klima tipika tal-Mediterran , fejn it-temperaturi għoljin tas-sajf aktar jgħollu l-livelli ta ’ dan il-gas . L-ożonu filparti ta ’ isfel tal-atmosfera ( troposfera ) iġib ruħu bħala gas serra u jagħmel ukoll ħsara lis-saħħa tal-bniedem kif ukoll lill-pjanti . Wieħed irid joqgħod attent li ma nibdluhx mal-ożonu fl-ozone layer li tinsab aktar ‘ il fuq fl-atmosfera ( stratosfera ). L-ożonu hemmhekk ( 20-30 kilmetru ‘ il fuq mill-art ) huwa bżonnjuż għax jipproteġina mir-raġġi tax-xemx .
Hemm xi ħaġa konkreta li nistgħu nagħmlu biex innaqsu dan l-inkwinament ?
Fuq bażi individwali kulħadd jista ’ jagħmel affarijiet żgħar biex kollettivament nibqgħu nnaqqsu l-emissjonijiet mill-fossil fuel combustion biex nibqgħu nilħqu l-miri tal-Unjoni Ewropea . Għalkemm l-istrumenti tagħna qegħdin f ’ ambjent rurali u kemm jista ' jkun distakkati mill-varjazzjonijiet tal-emissjonijiet lokali , meta r-riħ ikun mix-Xlokk , naraw ħafna ‘ peaks ’ f ’ dawn l-istrumenti . Dan minħabba li r-riħ ikun għadda minn fuq il-gżejjer Maltin u ġarr miegħu dan it-tniġġis tal-arja , speċjalment fil-ħinijiet tar- ‘ rush hours ’, partikolarment dawk ta ’ filgħodu . Dan jindika li għad fadal xi jsir fis-settur tat-trasport .
Grazzi ħafna Dr Azzopardi li lqajtna u tat-tagħrif ferm interessanti li għoġbok twasslilna . Nemmnu li permezz tiegħu ħafna Xewkin saru aktar konxji tarriċerka siewja li qed twettqu miċ-ċentru tagħkom li għadu l-bażi tiegħu fir-raħal tagħna .
Ġorġ Borg Olivier Street , Victoria Tel : 2155 6333 Mob : 7954 2525