19
ta ’ riċerka barranin , bħal pereżempju l-Istituto Nazionale di Geofisica e Vulcanologia . Proġetti bħal dawn , apparti li jgħinuna nespandu l-għarfien tagħna rigward suġġetti partikolari , jgħinuna wkoll niksbu fondi biex nixtru aktar apparat filwaqt li nagħmlu preventive u breakdown maintenance fuq l-apparat eżistenti li jammonta għal ammont konsiderevoli ta ’ flus minħabba li l-apparat huwa speċjalizzat . Permezz ta ’ dawn it-tipi ta ’ proġetti kif ukoll kollaborazjonijiet , bħal per eżempju dik li għandna mal- Finnish Meterological Institute , nistgħu anke nħaddmu ‘ computer model ’ s rigward emissjonijiet , minn diversi setturi , kemm dawk naturali bħalma huma emissjonijiet mill-vulkan Etna fi Sqallija , kif ukoll dawk antropoġeniċi ( magħmula mill-bniedem ) bħalma huma l-emissjonijiet mill- ’ exhaust ’ tal-vapuri .
X ’ taħseb li huma l-aktar fatturi li jwasslu għallinkwinament tal-arja fil-Mediterran ?
Mir-riċerka li għamilna joħorġu diversi fatturi li jniġġsu l-arja fiċ-ċentru tal-Mediterran . Il-Mediterran nistgħu nqisuh bħala salib it-toroq , fejn emissjonijiet naturali jiltaqgħu ma ’ dawk antropoġeniċi . Settur antropoġeniku ferm importanti huwa dak marittimu . Kważi terz ( 30 %) tal-merkanzija kollha tad-dinja li tivjaġġa bil-baħar u kwart ( 25 %) taż-żejt kollu tad-dinja jgħaddu mill- Mediterran . Ir-rotta tal-vapuri ta ’ bejn Malta u Sqallija hija waħda popolari ħafna u l-maġġoranza assoluta ( 90 %) ta ’ dan it-traffiku ta ’ vapuri fil-Mediterran jgħaddi minnha . Dan minħabba li din ir-rotta tgħaqqad l-Istrett ta ’ Ġibilta mal-Kanal ta ’ Swejż , flimkien mat-terminal u port ta ’ Sidi Kerir f ’ Alexandria , l-Eġittu . Apparti minn hekk , il-Malta Freeport wkoll jiġġenera ħafna traffiku f ’ dan is-settur . Il- Malta Freeport huwa infatti t-tielet l-akbar ‘ transhipment center ’ fil-Mediterran u l-ikbar kumpaniji ta ’ containers fid-dinja bħal Maersk , Mediterranean Shipping Company and CMA CGM , u wħud mill-ikbar vapuri tad-dinja , jagħżlu dan il-port . Malta għandha wkoll l-ikbar reġistru ta ’ vapuri fl-Ewropa u s-sitt l-ikbar fid-dinja . Mill-kalkoli li għamilna jidher li jgħaddu aktar minn 40,000 vapur bejn Malta u Sqallija kull sena , bil-maġġoranza tagħhom ikunu vapuri
tal-merkanzija u tankers taż-żejt . ‘ Screen shot ’ minn marinetraffic . com li turi l-ammont kbir ta ’ vapuri li jkun bejn Malta u Sqallija
Stima annuali ta ’ emissjonijiet SOx mill-vapuri bejn Malta u Sqallija permezz tal- ‘ computer model ’ żviluppat mill- Finnish Meteorological Institute .
Ta ’ min isemmi li l-Majjistral huwa l-aktar r-riħ predominanti fil-gżejjer tagħna u għalhekk il-pożizzjoni tal-istrumenti tagħna ġewwa l-Fanal ta ’ Ġordan hija waħda strateġika . Sfortunament dan ifisser ukoll li l- ‘ plumes ’ ta ’ dawn il-vapuri li jgħaddu bejn Malta u Sqallija jaslu fuq ilgżejjer tagħna kontinwament . Hija ta ’ sfortuna wkoll li s-settur marittimu mhuwiex irregolat daqs kemm huma kkontrollati s-sorsi ta ’ emissjonijiet minn fuq l-art . Infatti , fl-Ewropa , filwaqt li l-emissjonijiet minn fuq l-art qegħdin jonqsu minħabba r-regolamenti u l-miżuri li qed jittieħdu , dawk mis-settur marittimu qed jiżdiedu minħabba li l-kummerċ bil-baħar qed jiżdied . Jaħsbu li sas-sena 2020 l-emissjonijiet marittimi se jożbqu lil dawk antropoġeniċi ta ’ fuq l-art . Ta ’ min iżomm f ’ moħħu li l-akbar 15 – il vapur tad-dinja jħammġu daqs il-karozzi kollha tad-dinja ( 760 miljun ) f ’ termini ta ’ ‘ sulphur oxides ’. Dan minħabba t-tip ta ’ fuel li jużaw , għax ħafna minnhom jużaw ir- ‘ residual oil ’ jew kif nafuh aħjar il- ‘ heavy fuel oil ’, li huwa l-aktar tip ‘ crude ’ minn fost il-kategoriji ta ’ fuel u l-aktar wieħed irħis . Il-persentaġġ ta ’ ‘ sulphur ’ li jkun fih huwa tliet elef darba iktar minn dak li nużaw fil-karozzi . Emissjonijiet antropoġeniċi oħra minn bliet kemm fl-Ewropa kif ukoll mill-Amerka ta ’ Fuq u l-Asja , ukoll jaffetwaw il-kwalità ta ’ arja fiċ-ċentru tal-Mediterran . Dan minħabba dik li tissejjaħ ‘ long-range transboundary air pollution ’.
Min-naħa l-oħra , bhala sorsi naturali , il-vulkan Etna li jinsab mitejn kilometru ‘ il bogħod minn Malta , jħalli l-effetti tiegħu fuq il-gżejjer Maltin . Dan kemm bhala ‘ volcanic ash ’ u kemm bhala ‘ sulphur dioxide ’. Naraw li meta r-riħ ikun mil-Grigal u jkun hemm eruzzjoni tal-vulkan , il- ‘ volcanic ash ’, anke jekk fi kwantitajiet żgħar tigi trasportata lejn il-gżejjer tagħna . Ta ’ min jinnota li l-vulkan Etna huwa l-ikbar wieħed fl-Ewropa u wieħed mill-aktar attivi fid-dinja . Biss biss bejn l-2011 u 2013 kellu 46 episodju ta ’ ‘ lava funtaining ’. Il- ‘ volcanic ash ’ tagħmel ħsara kbira lill-ajruplani għax meta tidħol fil-magni