Gourgion Ġunju 2016 Għadd 58 | Page 13

11
hija referenza għall-martirju tiegħu : nafuha l-ġrajja tal-qtugħ ir-ras ta ’ Ġwanni minn Erodi . 11
Ir-raba ’ karatteristika : F ’ xi ikoni naraw ukoll siġra żgħira ħdejn sieq Ġwanni u ħdejha mannara . Dan id-dettal niltaqgħu miegħu f ’ diskors ta ’ Ġwanni stess : “ U taħsbux li tistgħu tgħidu fikom infuskom , ‘ Għandna b ’ missier lil Abraham ,’ għax ngħidilkom li Alla , minn dan l-istess ġebel , jista ’ jqajjem ulied lil Abraham . Il-mannara ġa tressqet m ’ għerq is-siġra ; u għalhekk , kull siġra li ma tagħmilx frott tajjeb titqaċċat u tinxteħet fin-nar .” 12
F ’ dan l-artiklu m ’ aħniex ser nitkellmu fuq l-ikoni kollha marbuta ma ’ Ġwanni l-Battista . Fl-ikonografija niltaqgħu ma ’ diversi mumenti minn ħajjet ilqaddisin , mit-twelid sal-mewt . Ġieli wkoll jiġu rappreżentati l-qima lejhom wara mewthom . Dan narawh b ’ mod speċjali fl-ikonografija tal-Battista minħabba r-relazzjoni mill-qrib li kellu ma ’ Ġesu ’ u l-missjoni tiegħu . Għalhekk , ser nitkellmu biss minn tip wieħed : dawk l-ikoni li jippreżentaw lil Ġwanni l-Battista waħdu , bħala persuna adulta .
L-ikonografija ta ’ San Ġwann il-Battista fiha ċerti karatteristiċi interessanti li jgħinuna nagħrfu li ikona tkun qed tirrappreżenta lill-qaddis tagħna , anke jekk ma jkunx hemm l-isem tiegħu jidher ċar .
• L-ewwel karatteristika : F ’ idejh naraw parċmina li ġeneralment tkun miftuħa . Fuqha jkun hemm espressjoni profetika li nsibu li qal fil-vanġelu , bħal : “ Araw il-Ħaruf t ’ Alla , li jneħħi d-dnubiet tad-dinja ”, 8 jew “ Indmu , għax is-Saltna t ’ Alla hi fil-qrib ”. 9
• Il-ħames karatteristika : Ġeneralment , ix-xagħar u d-daqna ta ’ Ġwanni huma dejjem kbar u mqanfdin . Dan biex niftakru li kien jgħix fiddeżert .
• Is-sitt karatteristika : Mill-Vanġelu nafu li Ġwanni kien jilbes ġild tal-ġemel . Fl-ikonografija jiġi rappreżentat jew b ’ ilbies jew ġilda bil-pil . Flikonografija Russa , Ġwanni jidher liebes dik li jsejħulha vlasyanitsa , jiġifieri libsa bil-pil , bl- Ingliż “ hair shirt .” Għalhekk ħafna drabi l-kulur hu ikħal .
Meta jidher b ’ mantell , ġeneralment ikun aħdar , il-kulur tal-ħajja u dak li hu tad-dinja . Fil-każ tagħna , ma ninsewx li Ġwanni għex fid-deżert , qrib ix-xmara . L-insara li kienu ddeċidew li jgħixu fid-deżert kienu jirreferu għalihom bħala “ l-martri l-ħodor ”. Il-kelma martri hija kelma Griega li tfisser xhud . Mela bil-ħajja axxetika tagħhom , dawn li kienu jgħixu fid-deżert kienu qed jixhdu l-ġlieda axxetika mal-qawwiet talħażen , speċjalment ix-xitan . Ġwanni , barra li
• It-tieni karatteristika : Ħafna drabi , Ġwanni hu ppreżentat bil-ġwienaħ . Dan id-dettall hu mibni fuq il-profezija tal-profeta Malakija li tirreferi għal Ġwanni : “ Araw , jiena se nibgħat il-messaġġier tiegħi biex iħejji t-triq quddiemi , u minnufih jidħol fit-tempju tiegħu s-Sid li intom qegħdin tfittxu ; u l-anġlu tal-patt , li intom tixtiequ , arawh , ġej ,” jgħid il-Mulej tal-eżerċti . 10
• It-tielet karatteristika : Bħala sinjal tal-martirju tiegħu , insibu ikoni li fejn saqajh jew f ’ idejh ikun hemm rasu fi platt . Naturalment , din