Gourgion Ġunju 2016 Għadd 58 | Page 116

57
Kristu Rxoxt, xogħol ta’ Alfred Camilleri Cauchi. Din l-istatwa ħarġet proċessjonalment għall-ewwel darba fl-Għid il-Kbir filgħodu, 12 ta’ April 2009 akkumpanjata mill-Banda Prekursur. Il-mastrudaxxa Żebbuġi, Bertu Mallia, irrestawra l-antiporta l-antika tal-knisja l-qadima tax-Xewkija u adattaha bħala niċċa għallistatwa tal-Irxoxt. Din in-niċċa tinsab fis-sagristija talistess knisja.
• F’ Ġunju 2009 ġew inawgurati ż-żewġ loġġijiet l-oħra li nsibu fuq il-prospettivi tal-ġnub li juru l-Viżitazzjoni tal-Madonna lil Santa Eliżabetta u lil Ġwanni ma’ Kristu u l-Profeti.
• Bejn is-17 ta’ Awwissu 2009 u l-10 ta’ Mejju 2010 inbidlu t-52 saljaturi tal-ġebel li konna nsibu mal-faċċata talknisja, xogħol li sar minn għadd ta’ voluntiera Xewkin taħt is-superviżjoni tas-Sur Toni Grima. Saret ukoll skrizzjoni mnaqqxa mal-friż tal-faċċata, mill-iskultur, iben ix-Xewkija, Chris Camilleri, li taqra‘ TEMPLUM SANCTO JOANNI BATTISTAE DICATUM’ li tfisser“ Tempju ddedikat lil San Ġwann Battista”.
• Fit-22 ta’ Awwissu 2009 l-Arċipriet Mons Carmelo Mercieca bierek u fetaħ uffiċċjalment il-klabb il-ġdid tax-Xewkija Tigers fi pjazza San Ġwann Battista.
• Nhar it-23 ta’ April 2010, l-Arċipriet flimkien mal-kleru u l-poplu Xewki offra bukkett ward lill-inkwatru tal- Madonna ta’ Pinu fi triqtu lura lejn is-santwarju tiegħu wara l-Pellegrinaġġ Djoċesan li ġie organizzat wara li l-Papa Benedittu XVI, irregala warda tad-deheb lillistess inkwatru.
• Fis-sena 2010 ukoll sar switch board ġdid tad-dawl tal-knisja Rotunda, sar l-ippavimentar fl-irħam għal din il-kamra u nfetaħ bieb għal ġewwa l-kor. Saru wkoll żewġ sopraporti fl-injam indurati bid-deheb, mill-artist Xewki Hubert Saliba biex jitwaħħlu waħda fuq il-bieb tal-kor u l-oħra faċċata tagħha. Dawn issopraporti saru fuq l-istess disinn taż-żewġ sopraporti li nħadmu snin qabel u li nsibu waħda fuq il-bieb tassagristija u l-oħra fuq il-bieb li jagħti għall-Mużew tal- Iskultura.
Ħidma bejn is-snin 2011 u 2015: Fl-aħħar ħames snin tal-Arċipriet Mercieca komplejna naraw u nassistu għal aktar proġetti ta’ tisbiħ fil-knisja Rotunda. Mons Carmelo Mercieca, li issa kien qiegħed joqrob is-sebgħin sena, mhux talli ma naqqasx mill-ħidma tiegħu iżda rnexxielu jżomm l-istess karatteristiċi, l-istess enerġija u entużjażmu li konna nafuh bihom fi snin aktar bikrija. Fost il-proġetti u l-inizjattivi meħuda fl-aħħar ħames snin insibu:
• Fis-sena 2011 iżżanżnu żewġ gredenzini tal-irħam xogħol il-marmista Ronald Pisani.
• Fis-sena 2011 ukoll, il-Kavallier Pawlu Camilleri Cauchi temm ix-xogħol kollu ta’ pittura għall-knisja Rotunda bl-eżekuzzjoni tal-erba’ Evanġelisti, li jinsabu, tnejn fuq il-bieb li jagħti għall-Mużew tal-Iskultura u t-tnejn l-oħra fuq il-bieb tas-Sagristija.
• Fl-istess sena sar ir-restawr ta’ żewġ inkwatri, tat-Titular u tal-Kunċizzjoni, li nsibu fil-Mużew tal-Iskultura, mill- Istudio Art Centers International ta’ Firenze.
• Fl-2012 saru l-ġinokjaturi għal quddiem il-bankijiet tal-knisja u tlesta l-basement taħt il-kappella fl-inħawi ta’ Ġokk.
• Fid-19 ta’ April 2012 reġa’ tħaddem mill-ġdid l-arloġġ antik li kien jinsab fil-knisja l-qadima. Dan l-arloġġ kien sar fis-sena 1872 mill-magħruf arluġġar Malti Mikielanġ Sapiano. Għal din il-biċċa xogħol offra ruħu s-sur Pullu Xerri mix-Xewkija, li għalkemm mhux arluġġar, iżda bit-talenti mhux komuni fl-inġinerija u fil-mekkanika rnexxielu mhux biss jirrestawra u jħaddem mill-ġdid l-arloġġ iżda wkoll jimmodifikah u jġibu jħaddem erba’ uċuh. Ta’ min jgħid ukoll, li s-Sur Xerri rnexxielu wkoll jinkorpora mal-arloġġ żewġ qniepen milli kienu ġew restawrati fis-sena 2006, biex b’ hekk l-arloġġ, mhux biss jimmarka l-ħin iżda wkoll isemma’ leħnu kull kwarta erbgħa u għoxrin siegħa kuljum is-sena kollha.
• Fl-2013 sar restawr tal-istatwa ta’ San Ġwann Battista li nħadmet minn Wistin Camilleri fis-sena 1912 minn Hubert Saliba u Keith Hili, kif ukoll saret induratura tad-deheb minn Donald Camilleri. Hubert Saliba ħadem ukoll fl-istess żmien pedistall ġdid għall-istatwa ta’ San Ġwann iż-żgħir li tintuża fil-marċ tal-Ħamis ta’ qabel il-festa.
• Fis-17 ta’ Ġunju 2013, l-Arċipriet bierek u inawgura ir-restawr li sar fuq l-Ark Trijonfali tal-pjazza, f’ għeluq il-mitt sena anniversarju minn meta nħadem għall-24 Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li sar f’ Malta fl- 1913.
• Il-Ħadd 22 ta’ Ġunju 2014, jum il-festa ta’ San Ġwann, għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħodu, l-Arċipriet sab tistennieh sorpriża kbira li tant ferrħitu. Il-membri tal- Kumitat Żgħażagħ Xewkin, wara lejl ta’ ħidma bla heda, irnexxielhom iwaqqfu fil-pjazza tax-Xewkija, l-akbar umbrellun li qatt sar għal xi festa titulari fil-gżejjer Maltin. Mons Carmelo Mercieca, ħa l-inizjattiva li jinżel ikellem liż-żgħażagħ u offra minn qalbu li jberkilhom dan il-proġett uniku li saħansitra ġibed l-attenzjoni talmidja lokali u li sebbaħ mhux ftit il-festa ta’ dik is-sena u l-festi li segwew.
• Fit-12 ta’ Gunju 2015 l-Arċipriet Mons Carmelo Mercieca bierek u inawgura sistema ġdida tad-dawl fuq barra, għall-knisja Rotunda tax-Xewkija, biex hekk mhux biss tidher is-sbuħija tal-knisja matul il-jum iżda anke wara nżul ix-xemx.
• Fil-festa tas-sena 2015 ukoll, l-Arċipriet Mons Mercieca, kleru u poplu tax-Xewkija, laqgħu b’ ferħ kbir ir-Relikwa ta’ Id San Ġwann Battista meqjuma b’ devozzjoni kbira fil-Katidral ta’ Ragusa fi Sqallija.
L-Aħħar Opra Grandjuża: Fis-sena 2014 l-Arċipriet Mons. Carmelo Mercieca kien qiegħed jiċċelebra l-50 Sena mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu, u fejn sacerdoti oħra jkunu naqqsu ħafna millattività tagħhom, Mons Arċipriet Mercieca jmur iħabbar proġett ieħor grandjuż –“ Pipe Organ” ġdid għar-Rotunda. Kien is-Sibt 16 t’ Awwissu 2014, meta l-Arċipriet Mercieca u r-rappreżentant ta’ Michael Farley Organ Builders, is-Sur Noel Gallo, fil-preżenza ta’ Dun Ġorġ Mercieca u l-Avukat Dott. Kevin Mompalao, iffirmaw il-kuntratt għax-xiri tal-