56
• Fid-19 ta’ Diċembru tas-sena 2003 inbeda l-aħħar proġett f’ dak li għandu x’ jaqsam mal-kostruzzjoni tar-Rotunda, il-koppla ta’ quddiem. It-tanbur ta’ din il-koppla kien inbeda mill-bennej Ġużepp Vella meta kienet qiegħda tinbena il-knisja però kellu jkun ibnu, is-sur Raymond Vella li jwassal dan ix-xogħol sat-tmiem.
• Fis-sena 2004, l-Arċipriet Mercieca bierek u inawgura statwa ġdida ta’ San Ġwann, maħduma minn Michael Camilleri Cauchi għall-inħawi tal-Ġibjun.
• Għall-festa tas-sena 2004 ġie mżanżan l-ewwel trofew minn sett ta’ sitta għall-pjazza. Twaħħlu wkoll malfaċċata tal-knisja Rotunda żewġ plakek tal-irħam waħda bil-Magnificat u l-oħra bil-Benedictus.
• Fis-sena 2004 ukoll saret l-installazjoni ta’ sistema ġdida tas-sound għall-knisja Rotunda bl-aħħar teknoloġija minn Mr Albert Van der Houf ta’ Haccusto International, sistema li swiet LM 9,800.
• Fit-22 ta’ Ottubru 2004 sar il-Kungress Universali tas- Saċerdoti fil-Knisja Rotunda tax-Xewkija.
• Fis-27 ta’ Novembru 2004, l-Arċipriet Mons Carmelo Mercieca ġie mogħti“ Ġieħ ix-Xewkija”, mis-Sindku l-Av. Monica Vella, l-ogħla unur li wieħed jista’ jkun mogħti minn komunità, bħala rikonoxximent għall-ħidma ma taqta’ xejn tiegħu.
• Fis-sena 2005 l-Arċipriet Mercieca bierek u inawgura statwa oħra ġdida ta’ San Ġwann Battista maħduma mill-artist Xewki, Hubert Saliba għal ħutna emigranti f’ Sydney.
• Fis-6 ta’ Awwissu 2005( Festa tat-Trasfigurazzjoni tal- Mulej) sar il-kuntratt għal tliet qniepen ġodda mid-ditta Ingliża Taylor and Bellfounders u r-restawr tal-erba’ qniepen eżistenti fil-preżenza tal-Arċipriet Mercieca, Dun Ġorġ Mercieca u l-Avukat Dott. Kevin Mompalao. Minnufih beda l-ġbir għal dan il-proġett.
• Fis-26 ta’ Diċembru 2005 l-erba’ qniepen tniżżlu minn fuq il-kampnar mis-Sur Paul Attard u George Vella, taħt is-superviżjoni tas-Sur Toni Grima biex jittieħdu għar-restawr f’ Raħal Ġdid. Ix-xogħol fuqhom u fuq l-ilsna ġodda għalihom sar mis-Sur Peter Boulter taħt is-superviżjoni tal-inġinier Frans Psaila.
• Fil-21 ta’ Jannar 2006 lejliet il-konsagrazzjoni ta’ Mons Isqof Mario Grech saret velja ta’ talb fil-knisja Rotunda fejn l-istess Isqof, imdawwar b’ Għawdex kollu, ġie mogħti l-insinji Episkopali li jikkonsistu fiċ-Ċurkett, il-Mitra u l-Baklu.
• Ġurnata oħra storika għall-knisja Rotunda tax-Xewkija kienet il-lejla tas-7 ta’ Ġunju 2006 meta x-Xewkin laqgħu b’ ferħ kbir is-sett ta’ tliet qniepen ġodda maħduma mid-ditta Ingliża Taylor and Bellfounders. Tlett ijiem wara, f’ ċerimonja mill-isbaħ fil-pjazza ewlenija, sar it-tberik tal-qniepen il-ġodda u ta’ erba’ qniepen oħra li ġew restawrati, liema ċerimonja kienet immexxija mill-Eċċ. tiegħu Mons Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex. F’ din l-istess ċerimonja ġiet imbierka wkoll statwa ġdida ta’ San Ġwann Battista maħduma fil-ġebla Maltija, mis-Sur Anġlu Agius, għal fuq il-frontispizju tal-faċċata tal-knisja.
• Fl-20 ta’ Ġunju 2006, fl-okkażjoni tal-10 anniversarju mit-twaqqif tal-Kumitat Żgħażagħ Xewkin, l-Arċipriet
Mons Carmelo Mercieca bierek u inawgura statwa ġdida ta’ San Ġwann, maħduma fil-ġebla Maltija mid-ditta Agius ta’ Malta għall-pjazzetta fl-inħawi tal- Ħamrija.
• Fl-2006 wkoll iżżanżnu erba’ bukketti tal-ganutell għal mal-pedestall tal-istatwa titulari ta’ San Ġwann Battista.
• F’ Lulju 2006, bl-għajnuna ta’ għadd ta’ voluntiera Xewkin, taħt is-superviżjoni tas-Sur Toni Grima u s-Sur Raymond Vella, is-seba’ qniepen ġew imtella’ fil-kampnar. Ta’ min hawnhekk iżid li l-inġinier Frans Psaila b’ kollaborazzjoni mal-periti Alex Torpiano u Karl Farrugia ddisinjaw struttura kbira ta’ travi tal-ħadid li kellha żżomm fiha s-seba’ qniepen mingħajr ma titfa’ xi ċaqliq orizzontali fuq l-istruttura tal-kampnar waqt id-daqq.
• Fis-16 ta’ Jannar 2007 ġiet imqiegħda l-aħħar ġebla li kellha ttemm ix-xogħol tal-bini fuq il-koppla ta’ quddiem.
• Fid-9 ta’ Ġunju 2007 ġiet inawgurata il-koppla ta’ quddiem mill-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech. L-għoli ta’ din il-koppla huwa ta’ 88 pied( 27 metru), filwaqt li d-dijametru tagħha huwa ta’ 33 pied( 10 metri) minn ġewwa u 36 pied( 11 – il metru) minn barra. Il-koppla ġiet imkaħħla minn diversi voluntiera Xewkin taħt is-superviżjoni tas-Sur Ġużepp Pace, wieħed mill-kaħħala ewlenin tal-knisja Rotunda. Wara li l-Isqof bierek is-Salib għal fuq l-istess koppla, hu qagħad jassisti għat-tlugħ tiegħu sa fuq il-lanterna tagħha. Is-salib ta’ din il-koppla nħadem millmastrudaxxa Xewki s-Sur Ġanni zammit, il-qisien tiegħu huma ta’ 6 piedi( 1.8 metri) tul u 4.5 piedi( 1.4 metri) wiesa’ u jiżen 62 kilogrammi. Fatt interessanti li jirrigwarda dan is-salib huwa, li l-mastrudaxxa ħadem dan ix-xogħol minn travu tal-injam, li kien merfugħ fuq il-bejt tal-knisja u li fis-snin sittin u sebgħin kien intuża fl-armar waqt il-bini tar-Rotunda.
• Fl-2007 wkoll saret raġġiera ġdida bl-Ispirtu s-Santu għall-istatwa tad-dimostrazzjoni liema statwa kienet irrestawrata fis-sena 2003.
• Fit-12 u 13 ta’ Ġunju 2007 ittella’ l-musical“ Ġrajjietna” fuq inizjattiva tas-Sur Frans Galea, direttur ta’ Radju Prekursur, fl-okkażjoni tal-10 snin anniversarju mittwaqqif ta’ l-istess stazzjoni. Dan il-musical, kitba ta’ Mario Borg u mużika ta’ Ivan Farruġia, b’ direzzjoni ta’ Monica Farrugia u Maria Mercieca( Stage Managament Teddy Mizzi u Tony zerafa) kien ta’ sorpriża kbira għall- Mons Carmelo Mercieca li ddeskrivih bħala l-aktar biċċa xogħol drammatika kbira li qatt ittellgħet fix- Xewkija.
• F’ Gunju 2008 ġie inawgurat il-loġġ tal-istained glass għal fuq il-gallerija tal-orgni, li juri il-Glorja tal-Battista, disinn ta’ Pawlu Camilleri Cauchi u xogħol tad-ditta Taljana Domus Dei ta’ Ruma.
• Fl-2009 ġiet imwaqqfa uffiċjalment l-“ Għaqda Dilettanti tan-Nar San Ġwann Battista” biex jiġi organizzat aħjar ix-xogħol pirotekniku ta’ matul ilfesta.
• Fis-sena 2009 ilqajna fix-Xewkija l-istatwa ġdida ta’