Gourgion Ġunju 2016 Għadd 58 | Page 110

54 induratur John Pace. Ġew indurati bid-deheb ukoll, il-gwarniċi tas-sitt inkwatri tal-prospettivi.
• Fl-1995 bdiet tiġi żviluppata propjetà tal-knisja f’“ Ta’ Ġokk” biex isservi ta’ ċentru ta’ tagħlim u duttrina għattfal u għall-parruċċani ta’ dik ix-xaqliba.
• Fis-sena 1995, bit-tħabrik tal-Arċipriet Mercieca, megħjun mill-Kumitat festi esterni, saru festi speċjali biex ifakkru l-150 sena mill-miġja tal-istatwa ta’ San Ġwann Battista fix-Xewkija. Għal din l-okkażjoni, l-Arċipriet Mercieca, ħeġġeġ lix-Xewkin, biex bħala rigal lil San Ġwann issir induratura fid-deheb lill-pedestall tiegħu. Ix-xogħol tal-induratura sar mill-espert magħruf Publiju Magro għall-spiża ta’ Lm3,500, somma li nġabret fi ftit jiem fi żmien l-istess festi.
• Bejn it-13 u l-15 ta’ Ġunju 1995 ittellgħet b’ suċċess“ L-Għanja tal-Battista” spettaklu ta’ dawl, żfin u drama, kitba ta’ Lawrence Camilleri u produzzjoni ta’ George Mizzi.
• Fid-13 ta’ April 1996 ġie inawgurat il-Qasam tal- Museum tal-Bniet.
• Fl-1996 ġiet organizzata aħjar l-“ Għaqda Armar Xewkija” u dan wassal biex minn ħdanha jinbet il-“ Kumitat Żgħażagħ Brijużi Xewkin”- KŻX1996. L-għan ewlieni ta’ dawn l-għaqdiet hu li jkomplu jsebbħu l-festa ta’ San Ġwann Battista, kemm f’ xogħol ta’ restawr fuq armar eżistenti, kemm f’ ħidma ta’ armar ġdid u fl-aħħar u mhux l-inqas, fl-organizzazzjoni tal-briju waqt il-marċijiet. F’ dan l-elenku ta’ proġetti mwettqa fi żmien l-Arċipriet Mercieca mhux possibbli li nsemmu l-inawgurazzjoni tal-proġetti kollha mwettqa minn dawn il-kumitati ħabrieka però żgur ma nistgħux inħallu barra xi xogħlijiet li saru matul iż-żmien fosthom, is-sett ta’ trofej għall-misraħ ewlieni, Triq il- Knisja u Triq il-Kbira u l-bandalori fid-drapp li jsebbħu l-pjazza u diversi toroq ewlenin fosthom, Triq il-Kbira, Triq Santa Katarina, Triq San Bert, Triq Indipendenza u Triq il-Ħamrija.
• Bejn 1997 u 1998 il-Kavallier Pawlu Camilleri Cauchi mela l-ispazji tal-prospettiva tal-kor bi tliet xogħlijiet tassew artistiċi. Fin-nofs pitter lil Kristu mislub, fuq illemin tal-Kurċifiss niltaqgħu mall-Madonna u ma’ San Ġwann l-Evanġelista filwaqt li n-naħa l-oħra pitter lil Ġwanni l-Battista fid-deżert, inkwatru ispirat mit-titular l-antik ta’ Gioacchina Loretta.
• Nhar it-13 ta’ Ġunju 1997 saret l-ewwel xandira ta’ Radju Prekursur, mis-sala ta’ fuq is-sagristija.
• F’ din is-sena wkoll, 1997, sar xogħol estensiv ta’ manutenzjoni fuq l-ewwel maħżen tal-armar, fi Triq Indipendenza.
• Fl-1998 inbeda x-xogħol tal-bini fuq it-tieni maħżen tal-armar biswit dak eżistenti, fi Triq Indipendenza mill-bennej Xewki Ġanni Vella.
• Fl-1999 tlesta r-restawr mibdi fl-1990 fuq l-istatwi tal-profeti, li jintramaw fil-pjazza tax-Xewkija fi żmien il-festa kif ukoll ġie irrestawrat il-pedestall taddimostrazzjoni.
• Fl-1999 ukoll ġie inawgurat it-tieni studio ta’ Radju Prekursur, fiċ-Ċentru Parrokjali, biswit l-ewwel studio li kien ġie inawgurat fis-sena ta’ qabel.
• Ta’ min isemmi wkoll, li fl-1999 tqiegħdu l-pedamenti tad-Dar tal-Arċipriet tal-Parroċċa, imsejħa‘ kanonika,’ fi Triq Indipendenza.
Ħidma fis-snin Elfejn: Bis-sena elfejn fuq l-għatba, ħafna kienu tal-fehma li l-Arċipriet Mercieca, wara kważi 30 sena bħala ragħaj spiritwali tal-parroċċa kien se jibda jnaqqas fil-ħidma tiegħu. Dan mhux talli ma seħħx, iżda nistgħu ngħidu, li fis-snin elfejn l-Arċipriet Mercieca wettaq fost l-akbar u l-aktar proġetti ambizzjużi ta’ kull żmien u kif ukoll kien strumentali fl-organizzazzjoni ta’ attivitajiet importanti li sa dak iż-żmien ix-Xewkija kienet għadha ma ratx bħalhom.
• Fis-sena 2000 ġew imżanżna 21 pjaneta magħmulin minn tessuto piglietti ta’ kulur isfar, bi stoluni ħomor irrakkmati b’ ħajt tad-deheb bi stil barokk. Intużaw l-ewwel darba minn Mons Isqof Nikol Cauchi, il-ministri u ċ-ċelebranti li assistewh fil-pontifikal ta’ dik is-sena.
• Għall-festa tas-sena 2000 ġew arġentati erba’ forċini tal-bronż u s-sett tal-gandlieri tal-artal mejda.
• Fis-sena 2000 ukoll sar vestwarju ġdid għall-korp sant ta’ Santa Teodora u ġie maħsul bid-deheb is-salib li għandu f’ idejh San Ġwann tal-istatwa titulari. Iżżanżan ukoll tapit ġdid aħmar għall-korsija li jwassal mill-bieb ta’ barra sal-presbiterju biex jintuża fil-festi prinċipali ta’ matul is-sena fil-Knisja Rotunda.
• Ta’ min isemmi wkoll, li fit-12 ta’ Ġunju tas-sena 2000, beda l-bini tad-dar tal-Arċipriet fi Triq Indipendenza bil-bennej ikun Ġanni Vella. Hawn ta’ min jinnota li l-Arċipriet Mercieca ħaseb mhux għalih, imma għal dawk li kellhom jiġu warajh peress li hu kien joqgħod mal-familja tiegħu.
• Fl-20 ta’ Ġunju 2001 ġie inawgurat il-planċier il-ġdid tal-Banda Prekursur għall-misraħ ewlieni. Grazzi kbira tmur għal numru kbir ta’ voluntiera li ħadmu fuq dan ilproġett u lill-artist Paul Falzon għax-xogħol ta’ rħamar.
• F’ Ottubru 2001 saret l-istallazzjoni tal-lift, mill-Mużew tal-Iskultura għall-bejt tal-Knisja Rotunda. B’ hekk, seta’ jiġi merfugħ ħafna mill-armar ta’ ġewwa tal-Knisja fis-sala ta’ fuq il-Mużew tal-Iskultura, kif ukoll, mezz biex jitilgħu n-nies ħalli jgawdu l-veduta meraviljuża tal-gżira Għawdxija.
• Fis-sena 2002 tqiegħdu f’ posthom l-ewwel żewġ statwi tal-ġebel ta’ 13 – il pied – il waħda fil-faċċata tal-knisja, fin-niċeċ t’ isfel, xogħol l-iskultur Malti Anġlu Agius, li juru lill-Madonna biċ-ċkejken Ġesù u l-oħra turi lil Eliżabbetta ma’ binha Ġwanni.
• Fl-istess sena wkoll, saru girlandi u fjuretti tal-ganutell għal quddiem l-istazzjonijiet tal-Via Sagra u malpedestall tal-istatwa tad-Duluri.
• Fl-14 ta’ Ġunju 2003 ġew imqiegħda f’ posthom iż-żewġ statwi l-oħra fin-niċeċ ta’ fuq tal-faċċata tal-knisja, statwi li jirrappreżentaw lil Żakkarija u lill-Arkanġlu Gabriel.
• Fis-sena 2003 ukoll saret arġentatura ġdida tal- Ostensorju tal-festa.
• Fil-15 ta’ Lulju 2003 sar it-tberik tal-paviment u zokklatura ġdida tal-irħam għall-kappella tal-Madonna tal-Ħniena, xogħol mid-ditta Sare’ fuq disinn tal-perit J. Dimech.