Gourgion Ġunju 2016 Għadd 58 | Page 108

53
Fl-1978 il-Kav. Pawlu Camilleri Cauchi lesta għall-knisja Rotunda tax-Xewkija l-ewwel żewġ inkwatri li juru lil Ġwanni jistqarr lil Kristu bħala l-Ħaruf t’ Alla, u l-oħra li turi l-Magħmudija ta’ Kristu minn Ġwanni. Fis-sena ta’ wara tlestew l-inkwatri tat-Twelid tal-Battista u Ġwanni qed iċanfar lil Erodi u żżanżan ukoll id-damask għal mal-kolonni u l-friżijiet tal-prospettivi. Fis-sena 1980 Camilleri Cauchi lesta l-aħħar żewġ inkwatri, dak tat-tħabbira tal-Arkanġlu Gabriel lil Żakkarija u dak tal-Martirju tal-Battista.
Il-proġett l-ieħor, li kien it-tqegħid tal-pavimentar tal-art, inbeda fis-17 ta’ Novembru 1980. Id-disinn ta’ dan ix-xogħol kien afdat mill-ġdid f’ idejn ir-Rabti s-Sur Ġużè Galea u d-ditta A. F. Ellis tar-Rabat Għawdex reġgħet ġiet inkarigata bit-tqegħid tiegħu.
Ħidma fis-snin Tmenin L-ewwel proġett kbir li ġie inawgurat fis-snin tmenin, kien il-ftuħ uffiċjali u t-tberik taċ-Ċentru Parrokjali fit-2 ta’ Mejju 1980, proġett li skont l-Arċipriet Mercieca mhux biss kien bżonnjuż iżda kellu jkun il-power station tar-raħal tax-Xewkija.
Fost aktar inizjattivi li ttieħdu f’ dan id-deċennju nsibu:
• L-ewwel operetta, Fior di Loto( 1980) taħt it-tmexxija tas-Surmast Ġużeppi Farruġia, xi ħaġa ġdida għarraħal tagħna u li tant ħadem għas-suċċess tagħha l-Arċipriet Mercieca. Ta’ min jgħid li dawn l-operetti baqgħu jittellgħu kull sena sal-1989, għaxar operetti b’ kollox biex imbagħad fis-sena 1990 reġgħet ittellgħet l-ewwel operetta, Fior Di Loto, li ġabet fit-tmiem din l-era teatrali li ġibdet eluf kbar ta’ Għawdxin kif ukoll Maltin lejn ir-raħal tagħna tax-Xewkija.
• Fil-bidu tas-Sena 1980 twaqqfet uffiċjalment l-“ Australian Xewkija Association” ta’ Melbourne.
• Fit-22 ta’ Ġunju 1982 ġie inawgurat il-pavimentar tal-art tar-Rotunda, mill-Isqof Mons. Nikol Ġużeppi Cauchi, biex b’ hekk ġiet kompluta waħda mill-akbar opri li saru fir-Rotunda.
• Fl-1983 inħadmet antiporta tal-aluminjum għall-bieb tan-naħa tal-Punent tal-Knisja.
• Fl-1983 ukoll iżżanżnu l-bradelli ġodda tal-parana u kawba għall-vari tal-Ġimgħa l-kbira u ġie irrestawrat il-bieb il-kbir minn għadd ta’ voluntiera Xewkin.
• Fit-18 ta’ Marzu 1984 ġiet imbierka statwa ġdida ta’ San Ġwann Battista, xogħol Michael Camilleri Cauch, biex tintbagħat lil emigranti Xewkin ta’ Melbourne.
• Fl-1984 twaqqfet is-“ Sydney Australian Association”.
• Fl-1984 ukoll sar xogħol kbir ta’ manutenzjoni fiċċimiterju tax-Xewkija u tlestiet l-antiporta l-oħra tannaħa tal-Lvant. F’ din is-sena wkoll iżżanżnu erba’ brazzi għal fuq kull bankun tal-vari tal-Ġimgħa l-Kbira, fans ġodda għall-knisja Rotunda u sett trieħi b’ gallun ġdid għal fuq l-altar maġġur għal waqt il-festi prinċipali.
• 1985: Saret vara ġdida tar-Redentur, xogħol Alfred Camilleri Cauchi, biex tieħu post dik tar-Redentur li kien ħadem missieru, Agostino Camilleri, fis-sena 1922.
• Bejn is-snin 1985 u 1986 inħadmu fl-injam ilkonfessjonarji ta’ taħt il-prospettivi tan-nofs millmastrudaxxa Karmnu Portelli mill-Qala Għawdex.
• Fl-1986, fuq disinn ta’ Ġużè Galea, inħadem fl-irħam, ambone għal fuq il-presbiterju. Tlestew ukoll ilpedestalli tal-irħam ta’ ħdejn in-niċċa ta’ San Ġwann, li fuqhom qed jistrieħu żewġ monumenti, mezzo busti, tal-Arċipriet Dun Ġużepp Grech u tal-Perit Ġuże D’ Amato. Il-monumenti nħadmu mill-istatwarju Alfred Camilleri Cauchi fl-istess sena.
• Fil-bidu tal-1987, l-Arċipriet Mercieca għamel sejħa oħra għall-ġenerożità tal-poplu Xewki biex fl-iqsar żmien possibli jagħtu bidu u jtemmu l-bini ta’ kampnar fuq in-naħa tal-Lvant tal-Knisja. L-ewwel ġebla tbierket u tqiegħdet mill-Isqof Cauchi fil-15 ta’ Ġunju 1987. Il-bini tal-kampnar kien afdat f’ idejn il-bennej is-Sur Toni Axiaq taħt is-superviżjoni tal-perit Alex Torpiano. Il-pjanta tal-kampnar hija tal-arkitett Ġużè D’ Amato.
• Fl-1988 saru sett ta’ bandalori ġodda b’ messaġġ bibbliku u kateketiku għal mal-kolonni tal-knisja.
• F’ Ġunju 1989 ġie mżanżan l-ewwel sett ta’ pavaljuni tad-dawl, għal Triq il-Knisja. Fis-snin ta’ wara, it-toroq kollha prinċipali tar-raħal tax-Xewkija ġew imżejna kollha b’ pavaljuni simili.
Ħidma fis-snin Disgħin: Fis-snin disgħin l-Arċipriet Mons. Carmelo Mercieca, kompla għaddej bil-ħidma tiegħu favur it-tisbiħ tal-knisja Rotunda tax-Xewkija u b’ attivitajiet u inizjattivi oħra immirati għallġid u t-tisbiħ ta’ dan ir-raħal.
• Fis-sena 1990, ġew inawgurati Sedja għaċ-ċelebrant u żewġ banketti għall-ministri, liema xogħol ġie maħdum mill-marmista Ronald Pisani.
• Inxtara“ electric organ” ġdid għall-knisja Rotunda.
• Fl-1991 ġie inawgurat il-kampnar, li l-għoli tiegħu, ilaħħaq il-180 pied( 55 metru) u li ġie mbierek mill-istess isqof li rah jinbeda, Mons Isqof Cauchi, fil-preżenza tal- Arċipriet Mercieca, kleru u poplu.
• Nhar id-19 ta’ Jannar 1992 sar it-tberik tal-ewwel ġebla tal-Qasam tal-Museum tal-Bniet.
• Fid-27 ta’ Awwissu 1992 inbeda x-xogħol fuq it-tieni sular tal-Qasam tal-Museum tas-subien bit-tħabrik tas-Superjur Bennie Mercieca u s-Soċji sħabu. Il-ftuħ u t-tberik tat-tieni sular tal-Museum tas-Subien sar is-Sibt, 25 ta’ Settembru, 1993, mill-Isqof Mons Nikol G. Cauchi.
• Fl-1993 il-Banda Prekursur żanżnet sett qniepen( chimes) biex jindaqqu fl-Innu l-Kbir waqt il-ħruġ ta’ San Ġwann mill-knisja.
• Fl-10 ta’ Ġunju 1994 sar it-tberik tal-parti l-ġdida taċ- Ċimiterju.
• Fit-22 ta’ Ġunju żżanżnet l-ewwel fażi tal-planċier il-ġdid li kienet tikkonsisti f’ qafas tal-ħadid forma ta’ nagħla, disinn tas-Sur Joe Sagona u xogħol tas-Sur Toni Grima.
• Bejn l-1994-1995 saru erba’ niċeċ tal-kawba, millmastrudaxxa Xewki Ġanni zammit, għall-istatwi ta’ Sant Antnin, Sant Elija, il-Madonna tal-Karmnu u Sant Indrija. Fl-istess snin, l-istess mastrudaxxa rrestawra l-gwarniċi tal-Via Sagra, filwaqt li l-pittura ġiet irrestawrata mis-Sur Manuel zammit. Il-gwarniċi ġew indurati wkoll bid-deheb xogħol imwettaq mill-