94
San Ġwann
fil-Knisja ta’
Portu Salvu
Kitba ta’ Mario Fenech
Waħda mill-knejjes ewlenin tal-belt Valletta hija dik
li titmexxa mill-Ordni tal-Patrijiet Dumnikani. F’din
il-knisja magħrufa bħala tal-Portu Salvo hemm bosta
xogħlijiet sbieħ li jżejnu s-saqaf u wħud mill-altari
li hemm fiha li ħarġu minn idejn l-artist magħruf
Giuseppe Cali.
F ’ wa ħ d a m i l l - a p s i d e t a l - k n i s j a , C a l i p i n ġa
l-inkurunazzjoni tal-Madonna mit-Trinità qaddisa. Dan
ix-xogħol għamlu fis-sena 1898. Bħal numru sabiħ ta’
apside oħra li pinġa f’diversi knejjes oħrajn, Cali wera
kemm kien kapaċi jimla spazji b’xeni sbieħ mingħajr ma
joħloq konfużjoni fl-għajnejn ta’ dak li jkun qed iħares
lejn ix-xogħol tiegħu.
F’dan l-apside li jinsab fuq l-altar tal-Madonna tarRużarju, Cali gglorifika bl-aħjar mod lill-Madonna bħala
padruna tal-Ordni tal-Predikaturi Dumnikani. Dawn
il-patrijiet xerrdu madwar id-dinja kollha d-devozzjoni
lejn it-talba tar-rużarju mqaddes u kienu minn dejjem
tarka kontra l-ereżija. Kif wieħed jinnota f’dan ixxogħol, taħt ix-xena tal-inkurunazzjoni tal-Madonna,
Cali pinġa anġlu qiegħed jinfed b’xabla ras ta’ serp kbir
xempju tal-ereżija.
Fuq kull naħa ta’ din ix-xena pinġa wkoll numru ta’
predikaturi u profeti, fost dawn huwa inkluda lil San
Ġwann Battista li kien minn tal-ewwel li xandar il-wasla
tal-Feddej fuq din l-art. Lil San Ġwann narawh liebes illibsa tal-ġild tan-ngħaġ u bil-bastun tradizzjonali f’idu
biswit San Ġużepp li qiegħed għarkupptejh fl-art ħdejn
il-Madonna. Hawnhekk Cali tant ried li lil San Ġużepp
jurih b’mod umli, li lanqas ma ppreżentah bil-bastun
f’idu għax dan qiegħed quddiemu fl-art. Il-figura ta’
San Ġwann narawha ta’ daqs akbar mill-figuri l-oħra.
B’dan l-artist ried iwassal il-messaġġ tal-kobor ta’ dan
il-qaddis.
Eżempju ieħor narawh bil-figura tar-re li minbarra li
qiegħed għarkupptejh, għandu l-kuruna tiegħu fl-art
quddiemu.
Fit-tarf tax-xena, fuq in-naħa tal-lemin, il-figura ta’ Mosè
bil-kmandamenti f’idu. Quddiem Mosè jidher wieħed
mill-fratelli tar-Rużarju li f’din il-knisja huma magħrufa
bħala Rużarjanti. Dawn il-fratelli kienu jieħdu ħsieb
id-dfin u l-quddies għal ruħ dawk li kienu jingħataw
il-forka.
Fuq in-naħa tax-xellug tax-xena, tliet figuri tal-qaddisin
il-kbar b’rashom baxxuta quddiem din ix-xena tant
sabiħa fl-istess ħin unika.
Din hija waħda mill-ħafna xeni li naraw fihom lil San
Ġwann fi kwadri f’numru ta’ knejjes li għandna fil-belt
kapitali tagħna, belt mibnija mill-Ordni tal-Kavallieri li
għażlu lil San Ġwann Battista bħala l-padrun tagħhom.