62
Ħidmet l-Għaqdiet Xewkin
Joseph Dingli
Xewkija Tigers
Nursery
Staġun 2014-2015
L-istaġun 2014-2015 żgur li se jibqa’ fil-memorja ta’
ħafna Xewkin minħabba l-fatt li għas-seba’ darba fl-istorja tal-klabb, u għat-tieni staġun konsekuttiv, Xewkija
Tigers reġgħu saru champions tal-futbol Għawdxi.
Minbarra dan, il-klabb Xewki rebaħ ukoll żewġ unuri
oħra importanti li joffri l-futbol Għawdxi: il-GFA Cup u
s-Super Cup. Ir-rebħ tal-unuri mit-tim tal-kbar huwa
ta’ sodisfazzjon kbir għalina wkoll għax fl-aħħar millaħħar kemm il-Kumitat tax-Xewkija Tigers FC, kif ukoll
tan-nursery għandhom komuni dan il-għan partikolari.
Huwa ta’ sodisfazzjon għalina wkoll meta naraw ħafna
mill-prodotti tan-nursery jiffurmaw parti importanti
mit-tim tal-kbar speċjalment f’dan il-mument ta’ glorja
għall-klabb tagħna. Għadd imdaqqas ta’ plejers stabbiliti u oħrajn promettenti jiffurmaw il-pedament sod
għat-tim tagħna, plejers li kollha telgħu minn ħdan inNursery. Dan kollu juri l-ħidma fejjieda tan-nursery li
minna nipprovdu plejers lit-tim tal-kbar.
taħt it-18-il sena rnexxielu jirbaħ il-kampjonat fi tmiem
drammatiku. Fil-kompetizzjoni tan-Knock Out dawn
irnexxielhom jaslu sas-semi-finali fejn ġew megħluba
minn Nadur/Qala. It-tim ta’ taħt il-15-il sena spiċċa
fil-ħames post fil-kampjonat u rnexxielu jasal sas-semifinali tan-Knock out fejn ġie megħlub miċ-champions
Oratorju/ Munxar. It-timijiet ta’ età iżgħar jieħdu sehem
regolarment f’festivals ta’ logħob organizzati mill-GYFA
u wkoll f’tournaments organizzati minn nurseries oħra.
Wieħed minn dawn huwa t-tournament li torganizza
n-nursery tagħna b’kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali
tax-Xewkija fl-okkażjoni ta’ Jum ix-Xewkija li jinżamm
f’Novembru. Dan sar għat-timijiet ta’ taħt id-9 snin u
fih ipparteċipaw 8 timijiet.
Attivitajiet oħra li organizzat in-nursery kienu ikliet,
festin fil-Milied, ħarġa saċ-ċinema tal-Oratorju Don
Bosco, lotteriji u sezzjoni ta’ taħriġ immexxija mill-eks
plejer ta’ Valletta FC u Xewkija Tigers FC Gilbert Agius
fost oħrajn.
Iżda biex nilħqu l-qofol tagħna, in-nursery tgħaddi
minn proċess sħiħ li fih tfal minn 5 snin sa 18-il sena
jitħarrġu taħt is-superviżjoni ta’ kowċis kwalifikati. Filfatt fin-nursery tagħna għandna sitt timijiet li huma ta’
taħt is-7 snin, ta’ taħt id-9 snin, ta’ taħt il-11-il sena, ta’
taħt it-13-il sena, ta’ taħt il-15-il sena u ta’ taħt it-18-il
sena. Jiffurmaw dawn it-timijiet insibu kważi 100 tifel
li huma mħarrġa minn 10 kowċis. It-timijiet ta’ taħt
il-15-il sena u ta’ taħt it-18-il sena jieħdu sehem filkompetizzjonijiet organizzati mill-GYFA. Fil-fatt anki
fin-nursery irnexxielna niksbu suċċess għax it-tim ta’
Fl-aħħarnett nixtiequ nistiednu lil dawk kollha li
huma interessati li jiktbu lit-tfal tagħhom fin-nursery
tagħna għall-ewwel darba sabiex javviċinaw xi membru tal-kumitat jew iħallulna messaġġ fuq il-paġna
ta’ Facebook tagħna Xewkija Tigers Youth Nursery.
Filwaqt li nawguraw il-festa t-tajba lix-Xewkin kollha,
nirringrazzjaw lill-ġenituri kollha u guardians tattfal tal-ħin u d-dedikazzjoni tagħhom. Dan kollu
jħeġġiġna nkomplu naħdmu b’risq l-edukazzjoni
tat-tfal tagħkom u l-klabb tant maħbub tagħna ta’
Xewkija Tigers FC.
It- tim ta’ taħt is-7 snin
It- tim ta’ taħt id-9 snin