33
IL-BATTISTA FIT-TAGĦLIM
TA’ SAN EFREM IS-SIRO
Minn Mons Lawrenz Sciberras
Teżisti opinjoni qawwija sew li l-Kristjaneżmu seta’
kien ta’ reliġjon Ewropea, li wara li issaħħaħ bilqawwa kollha u rabba għeruq ħoxnin qalb in-nies dan
it-twemmin xtered f’ħafna u ħafna pajjiżi tad-dinja.
Iżda fir-realtà ma tantx jidher li huwa hekk! L-għeruq
tar-reliġjon Kristjana l-ewwel jinsabu fit-Testment ilQadim, fejn bħala ċentru kien hemm Ġerusalemm kif
ukoll id-dinja Semitika. Il-Kristjaneżmu dejjem xorob
u issaħħaħ mill-għajn tat-Testment il-Qadim. Biżżejjed
wieħed isemmi il-ktieb tas-Salmi u tal-Profeti.
Indja. Hekk il-Kristjaneżmu ta identità propja għalih.
Issa il-protagonista ewlieni ta’ dan kollu huwa Kristu
irxoxtat warajH komplew l-appostli u s-suċċessuri
tagħhom.
Wieħed minn dawn il-personaġġi u li ma tantx nafu
dwaru huwa Sant’Efrem is-Siro. Dan twieled f’Nisibi
madwar sena 306 qalb familja Kristjana. Huwa kien
fost l-aktar nies magħrufa tal-lingwa Sirjaka, tant li
irnexxilu li jgħaqqad b’mod uniku l-vokazzjoni ta’
teologu ma’ dik ta’ poeta. Għex qrib ħafna ta’ Ġakbu,
Fit-tixrid tiegħu fl-ewwel sekli dan sar lejn l-Oċċident, isqof ta’ Nisibi (303-338) u flimkien miegħu waqqaf
mela lejn dinja maħkuma minn kultura Griega-Latina. skola teoloġika fil-belt tiegħu stess.
Minn hawn imbagħad ispirat il-kultura Ewropea.
Xterdet ukoll lejn l-Orjent, saħansitra sal-Persj a, u l- Wara li ġie ordnat teologu huwa għex intensament
il-ħajja tal-lokalità komuni Kristjana sas-sena 363.
F’dik is-sena Nisibi waqgħet f’idejn il-Persjani. Efrem
għalhekk kien obligat li jitlaq minn hemm fejn kompla l-ħidma tiegħu ta’ predikatur. Miet fil-belt ta’
Nisibi fis-sena 373 vittma tal-pesta li ħa minn nies
li kien jikkura u jdur bihom. Ma nafux bi preċiżjoni
jekk qatt dan Efrem sarx raħeb, imma żgur li baqa’
djaknu u għex ħajja ta’ ċelebi u ta’ faqar kbir.
Issa dan Sant’Efrem fit-tagħlim tiegħu dwar l-Iskrittura huwa ħaddem ħafna il-metodu tat-tipoloġija,
jiġifieri jara xebħ u rabta bejn il-personaġġi u ġrajjiet
tat-Testment il-Qadim u li dawn sabu it-tifsira sħiħa
tagħhom fil-personaġġi tat-Testment il-Ġdid. Wieħed
minn dawn it-talin, għal Sant’Efrem kien San Ġwann
il-Battista flimkien mal-ġenituri tiegħu San Żakkarija
u Santa Eliżabetta. Ħalli naraw ftit x’għallem
Sant’Efrem dwar dawn it-tlitt qaddisin.
Sant’Efrem ħallielna wirt teoloġiku l-aktar għani.
It-tagħlim kbir li ħalla wieħed jista jiġbru f’erba’
taqsimiet:
(a) opra miktuba b’mod ordinarju;
(b) proża imma għandha stil poetiku;
(c) omeliji forma ta’ għanjiet;
(d) ħafna innijiet li żgur huma fost l-opri l-aktar
teoloġikament għonja ta’ Efrem. Dak li jagħżlu
minn awturi oħra huwa l-fatt ta’ teoloġija espressa
f’innijiet. Tant kien imnaqqax fih dan l-istil, li
Efrem mit-teoloġija tiegħu sar liturġija, kif ukoll
mużika. Huwa difatti kien ukoll kompożitur.