21
Fl-istess żmien, fl-1886, kien għadu kemm inbena
l-ewwel stazzjon tal-ilma tal-pjan fil-gżejjer tagħna.
Din kienet dik ta’ Wied il-Kbir f’Ħal Qormi. Dan kien
ikkunsidrat proġett ta’ suċċess fenomenali minħabba
li b’din it-teknoloġija setgħet tiġi provduta kwantità
kbira ta’ ilma f’kull lokalità ta’ madwar il-gżejjer tagħna.
Għalhekk l-inġinier Chadwick kellu f ’moħħu tliet
widien prinċipali f’Għawdex fejn seta’ jinbena stazzjon
tal-ilma, simili ta’ dak f’Wied il-Kbir Malta. Dawn kienu
l-Wied ta’ Żejta, il-Wied ta’ Mġarr ix-Xini u l-Wied tadDwejra. L-ewwel wieħed kellu l-vantaġġ li kien aktar
ċentrali u qrib tal-belt kapitali, waqt li l-oħrajn kienu
qrib tal-irħula li l-aktar kellhom nuqqas ta’ provista talilma. Wieħed jrid jifhem li qabel tittieħed id-deċiżjoni
biex jinbena l-istazzjon, kien hemm bżonn li tigi
analizzata l-kwalità tal-ilma minn fejn kien se jaqbad
l-ilma. Dan kien issir billi jitħaffru numru ta’ xaftijiet
mill-qiegħ tal-wied sal-wiċċ tal-ilma tal-pjan – f’ċertu
postijiet dawn kienu jkunu fondi aktar minn mitt pied.
Billi dawn kienu jsiru mill-baqquniera, wieħed jista’
jimmaġina li din kienet biċċa xogħol ferm impenjattiva.
tal-faħam) fil-livell t’isfel, fejn kienu jitħaddmu l-boilers.
Bejn l-1925 u 1927 ġiet installata diesel engine talgħamla Ruston sabiex tikkontribwixxi għall-ħidma talisteam boilers. Barra minn hekk il-mini ta’ taħt l-art ġew
estiżi b’170 pied oħra sabiex jipproduċu qabda akbar ta’
ilma. Madwar 25 sena wara, fl-1949, ġew installati żewġ
pompi tal-għamla Harland, li kienu jiġu operati biddawl. Dawn il-pompi ħadu post il-boilers u minn dak
inhar ’l quddiem ma baqax jintuża faħam fl-istazzjon.
Barra minn hekk, peress li l-boilers ma kinux għadhom
ta’ użu, dawn ġew żarmati u mibjugħa bħala scap metal.
Safrattant partijiet mill-boilers iżżarmaw fil-parapett
tal-istazzjon minħabba li kienu wisq problematiċi biex
jiġu żarmati.
L-ewwel xaftijiet tħaffru f’Wied Żejda, iżda rriżulta
li hawnhekk l-ima kien ma kienx ta’ kwalità tajba
minħabba tniġġis mis-sistema tad-drenaġġ. Għalhekk
fis-sena 1887 Chadwick irrakkomanda li jitħaffru żewġ
xaftijiet f’Imġarr ix-Xini; wieħed b’fond ta’ 50 pied u
l-ieħor ta’ 100 pied. Eventwalment irriżulta li l-ilma
kien ta’ kwalità tajba u allura seta’ jibda x-xogħol għattnehdija tal-istazzjon tal-ilma f’Imġarr ix-Xini.
L-Iżvilupp tal-Istazzjon
Il-ħsieb prinċipali kien li titħaffer sistema ta’ mini (jew
galleriji) eżatt mal-livell tal-ilma tal-pjan – irreferi
għall-illustrazzjoni numru 2. L-ilma jinġabar fil-mini
u minn hemm, permezz ta’ pompa li titħaddem bilfaħam, l-ilma jittella’ ġo żewġ ġibjuni, wieħed f’Ta’ Ċenċ
u l-ieħor fin-Nadur. Minn dawn il-ġibjuni, imbagħad,
l-ilma seta’ jinżel fid-djar bil-gravità. Dan ix-xogħol kien
kollu komplut sas-sena 1901.
Fil-bidu tal-użu tagħha, il-pompa kienet titħaddem
permezz ta’ numru ta’ ‘Steam Boilers’ tal-għamla
Babcock & Wilcox. Dawn il-boilers kienu jaħdmu blużu tal-faħam (irreferi għall-illustrazzjoni numru 3).
Element ta’ interess fl-istruttura huwa li l-faħam kien
jitwaddab mit-triq għal fuq chute (kanal b’forma ta’
żurżieqa) u jiżżerżaq bil-gravità sal-Coal Bunker (ħażna
3: Illustrazzjoni li turi l-arranġament ta’ numru ta’ boilers
tal-istess għamla ta’ dawk li kienu jintużaw f’Imġarr ix-Xini
Il-pompi tad-dawl kienu jintużaw biss mal-ġurnata .
Dawk iż-żminijiet l-elettriku ma kienx qawwi u stabbli
biżżejjed u l-maġġoranza tal-użu tad-dawl mid-djar u
t-toroq, f’dawk iż-żminijiet kien isir kif tinżel ix-xemx
aktar milli waqt il-ġurnata. Għalhekk ma nżul ix-xemx,
il-pompi tal-elettriku kienu jintfew u minflok kienet
tintuża d-diesel engine. Madwar l-istess żmien inbena
ġibjun kbir Ta’ Ċenċ sabiex jipprovdi biżżejjed ilma
għaż-żjieda kbira fid-domanda li ħalliet warajha t-Tieni
Gwerra Dinjija. Huwa indikat f ’rapport partikolari
tal-Water Works li dan il-ġibjun kien jipprovdi ħażna
doppja ta’ dak li kien jinħażen qabel.
2: Sezzjo ni li turi il-partijiet tal-istazzjon li huma taħt wiċċ l-art
L-Abbandun tal-Istazzjon
Madwar 10 snin wara, għallaħħar tas-snin ħamsin, inbena
stazzjon ġdid fis-Sabbara, li
għadu jaħdem saż-żmien
preżenti. Dan l-istazzjon ġie
mqabbad mal-istess sistema ta’
mini tal-istazzjon ta’ Mġarr ixXini. B’hekk iż-żewġ stazzjonijiet
kienu qed itellgħu l-ilma millistess qabda, iżda min-naħat