11
Riċensjoni:
L-Għammiedi
170 sena l-għaxqa tax-Xewkin
Anthony Grech
Dan hu l-isem ta’ ktieb ġdid li ġie ppubblikat biex ifakkar
il-170 sena mill-miġja tal-istatwa titulari ta’ San Ġwann
Battista fir-raħal tax-Xewkija.
Il-qoxra tal-ktieb
‘L-Għammiedi – 170 Sena
l-Għaxqa tax-Xewkin’
Dan il-ktieb jikkonsisti fi tliet taqsimiet prinċipali. Flewwel taqsima, il-kittieb u r-riċerkatur Grazio A. Grech,
jagħti deskrizzjoni storika tal-festa u t-tempji li kellu
l-Battista fix-Xewkija matul il-medda tas-snin. Grech
isemmi wkoll diversi dettalji oħra marbuta ma’ San
Ġwann Battista fix-Xewkija. Ma’ din il-kitba wieħed isib
għadd mhux ħażin ta’ ritratti antiki u anke dokumenti.
Fit-tieni taqsima nsibu analiżi artistika dettaljata
tal-istatwa tal-Battista minn Paul Cassar, gradwat
fl-istorja tal-arti. F’din id-deskrizzjoni Cassar jagħti
wkoll tagħrif dwar xi simboli li hemm fuq l-istatwa
tal-Batti sta.
It-tielet taqsima tinkludi dokumentazzjoni
fotografika tal-attivitajiet festivi, kemm interni u
anke esterni, li jsiru matul il-jiem tal-festa ta’ San
Ġwann Battista fix-Xewkija. Il-fotografu Anthony
Grech jiġbor din id-damma ta’ avvenimenti, jum
b’jum, permezz ta’ għadd ta’ ritratti bil-kulur.
Żgur li dan il-ktieb storiku ta’ tifkira m’għandux jinteressa
biss lill-poplu tax-Xewkija, imma lil kull minn iħobb il-Melitensia, u kull
minn hu dilettant jew studjuż tal-istorja jew tal-festi Maltin. Hu ukoll ktieb li jista’
jingħata bħala rigal anke lill-ħutna l-emigranti. Għalhekk inħeġġiġkom sabiex takkwistaw kopja ta’
dan il-ktieb uniku sabiex jibqa’ memorja dejjiema f’din l-okkażjoni hekk importanti għax-Xewkin.
NENU
STORE
2, Mgarr Road, Xewkija VCT 111
Tel: 21555314 Mob: 79923661