9
L-istatwa titulari ta’ San Ġorġ u
r-raħal tax-Xewkija
Kitba ta’ Francesco Pio Attard
L-istatwa titulari
ta’ San Ġorġ ġiet
imnaqqxa flinjam, fl-istil NeoKlassiku, milliskultur Pietru
Pawl Azzopardi
(1791-1875), millBelt Valletta, qabel
l-1839. Hi ġiet
ikkummissjonata
għall-Parroċċa
ta’ San Ġorġ tarRabat ta’ Għawdex
bħala ex-voto wara
grazzja ta’ fejqan
m i l l - m a rd a t a l kolera li kienet qed thedded il-gżira. San Ġorġ
kien l-ewwel statwa titulari li nħadmet biex
tinġarr f’purċissjoni titulari fil-gżira ta’ Għawdex.
Ġiet ikkummissjonata fi żmien l-Arċipriet tarRabat Fortunato Cutajar (1822-1847). Azzopardi,
aljev bravu tal-imgħallem Mariano Gerada u
artist tal-ħila fl-iskultura talinjam, kien diġà spikka għal
xi statwi li ħadem f ’Malta,
bħall-Madonna tar-Rużarju ta’
Bormla u l-Marbut tal-knisja ta’
Ġieżu tal-Belt.
Kien aktarx xi jiem qabel il-festa
liturġika ta’ San Ġorġ f’April 1839
li l-istatwa waslet Għawdex.
Għalkemm ma għandna l-ebda
dokumentazzjoni ċara b’dettalji
tal-wasla tagħha, imma hu
magħruf mil-Libro Esito talBażilika ta’ San Ġorġ li hi kienet
diġà għall-qima f’niċċa fil-knisja
f’dik is-sena, u Azzopardi xi
ftit wara tħallas għal xi xogħol
ieħor fuqha.
Dak li ma nsibux irrakkuntat bilkitba, tgħidhulna t-tradizzjoni
qawwija li għaddiet minn
ġenerazzjoni għall-oħra fuq
fomm il-poplu. Din tfakkar kif l-istatwa nġabet
minn Malta għal Għawdex fuq id-dgħajsa tallatini ta’ Franġisku Schembri, magħruf bħala tadDeredej, mir-Rabat ta’ Għawdex. Dan Ċikku kien
imbagħad ġab bl-istess mod il-Kurċifiss tal-Vara
l-Kbira għall-istess knisja parrokkjali ta’ San Ġorġ,
minquxa minn Azzopardi wkoll fl-1848.
L-istatwa ta’ San Ġorġ rifset Għawdex merfugħa
f’kaxxa li tgħabbiet fuq dahar il-bhejjem sar-raħal
tax-Xewkija. Fil-knisja ta’ San Bert, magħrufa
aħjar bħala Tal-Ħniena, jingħad li l-kaxxa bdiet
tiżżarma u minnha nħarġet l-istatwa, li minn
hemm ’il quddiem inġarret fuq l-ispallejn, l-ewwel
għall-Pjazza tal-knisja parrokkjali tax-Xewkija u
mbagħad għar-Rabat. Fit-triq lejn ir-Rabat, ilkaċċaturi ħarġu bis-snieter tagħhom jisparaw tiri
tal-okkażjoni fl-arja.
It-tradizzjoni tkompli tirrakkonta kif il-poplu
Xewki, flimkien mal-Kappillan tiegħu, ħareġ
bi ħġaru biex jara l-istatwa li kienu ordnaw ilĠorġjani Rabtin. Tant għoġobhom dak li raw
u ntlaqtu daqshekk mis-seħer u l-ġmiel talkapulavur ta’ Azzopardi, li fis
tħajru jibdew il-proċess biex ilparroċċa tagħhom ukoll tordna
mingħand l-istess artist xbieha
titulari proċessjonali, kif fil-fatt
seħħ fl-1845.
Rabta interessanti ta’ din
l-istatwa titulari tal-Battista
mal-knisja parrokkjali ta’ San
Ġorġ hi li meta Azzopardi ried
inaqqax wiċċ San Ġwann, hu
tnebbaħ minn dak ta’ Kristu
fl-istatwa ta’ Ġesù u Marija
(Sigismondo Dimech, c. 18021807) meqjuma fil-knisja
parrokkjali ta’ San Ġorġ. Biex
qala’ l-permess, hu offra li
jnaqqax għal dik il-parroċċa
sett gandlieri tal-injam il-ġmiel
tagħhom, li għadhom jitgawdew
sal-lum il-ġurnata fil-jiem talFesta Titulari f’Lulju.