96
l-oqbra tal-fidili mejtin, meta l-knisja tkun
dieħla biex tidħol f’Għid l-Imwiet.
Il-Ħamis 6 - Iċċelbrajna l-festa tal-martri Santa
Teodora. Saret konċelebrazzjoni li matulha
l-korp tal-qaddisa nħareġ f’purċissjoni qasira
merfugħ mis-saċerdoti tal-parroċċa.
Mit-13 sas-16 - Inżammu l-kwaranturi
mqaddsa. It-tema magħżula kienet ‘Ilġmiel tal-Ewkaristija’. Fl-aħħar jum saret
il-purċissjoni mat-toroq ewlenin tar-raħal.
27 - Saret konċelebrazzjoni li fiha fakkarna
u raddejna ħajr lil Alla għall-anniverarju tattwaqqif tal-parroċċa fl-1678.
Diċembru 2014
It-Tnejn 8 - Fl-okkażjoni tal-festa talKunċizzjoni, l-parroċċa organizzat pellegrinaġġ
lejn is-Santwarju tal-Madonna tal-Kunċizzjoni
fil-parroċċa tal-Qala.
It-Tnejn 15 - Tajna bidu għan-novena talMilied. Sar impenn sabiex nifhmu aktar dan
il-misteru tant kbar.
L-Erbgħa 17 - Inżamm festin tal-Milied għattfal kollha u l-ġenituri tagħhom waqt laqgħa
ta’ ferħ li nżammet fiċ-Ċentru Parrokjali.
tal-parroċċa
MID-DJARJU
It-Tnejn 22 - Inżamm il-kunċert tal-Milied.
It-Tlieta 23 - Saret ikla u ħarġa għall-abbatini
li jservu fil-parroċċa.
L-Erbgħa 24 - Saret il-purċissoni bil-Bambin
tal-Milied. Wara fil-knisja ttellgħet play
bl-isem ‘Milied ta’ Veru’ waqt programm li
inkludu fih ukoll il-prietka tat-tifel.
Saret ukoll żjara fl-isptar mentali, fejn tqassam
dak kollu li nġabar lil ħutna li jinsabu hemm.
Jannar 2015
Il-Ħadd 11 - Ġiet iċċelebrata l-festa
tal-Magħmudija tal-Mulej. Preżenti
magħna kellna lill-Isqof Mario
Grech li għammed lit-trabi preżent
u għamel ukoll il-preżentazzjoni
tat-trabi.
Frar 2015
L-Erbgħa 18 - Ngħaqadna malknisja universali fil-mixja tar-
Randan Imqaddes. Matul ir-Randan saru
diversi korsijiet tal-eżerċizzi fosthom għallirġiel, nisa, żgħażagħ, għall-koppji żgħażagħ
kif ukoll inżamm kors ta’ eżerċizzi miftuħ għal
kulħadd.
23-27 - Saru żjajjar mis-saċerdoti lill-familji ta’
dawk l-istudenti li matul din is-sena rċevew
l-Ewwel Tqarbina u l-Griżma tal-Isqof.
Marzu 2015
Il-Ħamis 12 - Saret konċelebrazzjoni fil-festa
tar-Redentur Imqaddes. Wara sar pellegrinaġġ
penitenzjali fit-toroq tal-parroċċa.
Il-Ġimgħa 27 - Fakkarna d-duluri ta’ Marija.
Saret konċelebrazzjoni sollenni iżda l-pageant
ma sarx minħabba l-maltemp. Dan sar il-Ħadd
29 ta’ Marzu.
Il-Ħadd 29 - Il-parroċċa tagħna daħlet flimkien
mal-Knisja universali għall-Ġimgħa Mqaddsa.
Kienet ġimgħa ta’ grazzja u impenn spiritwali
qawwi.
April 2015
Il-Ħamis 16 - Inbdew il-Ħamisijiet ta’ San
Ġwann bi preparazzjoni għall-festa titulari.
Is-Sibt 18 - Inżammet l-ewwel qrara tat-tfal.
Mejju 2015
Il-Ġimgħa 1 - Kellna ċelebrazzjoni fl-okkażjoni
tal-festa ta’ San Ġużepp ħaddiem. L-omelija
saret mill-pirjol ta’ Santu Wistin li għamel
messaġġ sabiħ tal-okkażjoni.
L-Erbgħa 13 - Fakkarna jum il-Banda
Prekursur. Saret quddiesa ta’ tifkira f’għeluq
is-86 sena mit-twaqqif tas-Soċjetà.