93
Assoċjazzjoni Rotunda
connie rapa - segretarJa
L-Assoċjazzjoni Rotunda ġiet imwaqqfa fi ħdan ilparroċċa
tagħna fis-16 ta’ Ottubru 2019, b’inizjattiva
tal-Arċipriet Mons. Daniel Xerri u bl-approvazzjoni
tal-Kurja ta’ Għawdex. Kif jingħad fl-Istatut, “din
l-Assoċjazzjoni hija organizzazzjoni volontarja u
awtonoma non governattiva, li ma tagħmilx profitt u
li mhijiex kummerċjali.” Wara applikazzjoni li saret lill-
Kummissarju tal-Għaqdiet Volontarji, l-Assoċjazzjoni
ġiet uffiċjalment rikonoxxuta bħala Għaqda Volontarja
fil-15 ta’ Jannar 2020.
L-għanijiet li għalihom ġiet imwaqqfa din l-Assoċjazzjoni huma dawn:
1. Biex tħares u żżomm fi stat tajjeb il-patrimonju storiku, arkitettoniku,
artistiku, kulturali u reliġjuż tal-parroċċa tax-Xewkija;
2. Taħdem flimkien ma’ entitajiet u organizzazzjonijiet oħra non governattivi
biex toħloq kuxjenza, għarfien u edukazzjoni dwar dan il-patrimonju;
3. Iżżomm katalgu aġġornat tal-beni storiċi, arkittettoniċi,
artistiċi u kulturali f’rabta mal-parroċċa tax-Xewkija;
4. Minn żmien għal żmien tippubblika materjal biex toħloq kuxjenza dwar dan
il-patrimonju fost ir-residenti u fost il-barranin li jiġu jżuruna;
5. Tippromwovi aktar it-turiżmu reliġjuż u tippubblika materjal biex tgħin
lit-turisti li jiġu jżuru l-knisja Rotunda u l-Mużew konness magħha;
6. Iżżomm fi stat tajjeb u aġġornat l-arkivju tal-parroċċa;
7. Tippromwovi proġetti soċjali, edukattivi u reliġjużi b’risq ir-residenti tal-parroċċa;
8. Torganizza attivitajiet kulturali, artistiċi u edukattivi f’rabta ma’ dawn l-għanijiet tagħha;
9. Taħdem biex takkwista fondi minn entitajiet lokali u internazzjonali ħalli tilħaq dawn l-għanijiet
tagħha.
Attwalment il-kumitat tal-Assoċjazzjoni huwa ffurmat
minn seba’ membri, li huma ċ-Chairman l-Arċipriet
Mons Daniel Xerri, is-Segretarja Connie Rapa, il-Kaxxier
Mario Attard, il-PRO Esther Bajada u tliet membri
oħra: Anthony Grech, Dr Marsette Portelli Xerri LL.D.
u Ted Mizzi. Skont l-istatut, iċ-chairman ikun dejjem
l-Arċipriet pro tempore tal-parroċċa. Darba kull ħames
snin, waqt il-laqgħa ġenerali annwali jiġu magħżula
l-membri tal-kumitat.
Bħalissa l-Assoċjazzjoni qed taħdem fuq diversi proġetti, fosthom:
- Restawr tal-lanterna tal-koppla l-kbira;
- Illuminazzjoni tal-knisja minn barra;
- Rinovazzjoni taz-zuntier tal-knisja;
- Installazzjoni ta’ lightning protection tal-knisja;
- Mużew tal-Istorja tal-parroċċa u tal-bini tal-knisja Rotunda;
- Restawr ta’ reġistri u dokumenti antiki fl-arkivju tal-parroċċa u kif ukoll digitalization ta’ dawn iddokumenti;
- Manutenzjoni u modernizzar tas-sala l-kbira fiċ-Ċentru Parrokjali.