2022 | Page 99

FESTA 2022

San Pawl Missierna

Joe Chetcuti
Preżentatur tal-programm ‘ Marċi u Bandalori ’ fuq Net FM
L-Appostlu Missierna San Pawl jokkupa pożizzjoni singulari fl-istorja tal-Kristjaneżmu bikri u anke dak attwali . Tul is-snin kien hemm min qies lil San Pawl bħala l-fundatur tar-reliġjon Nisranija . Huwa ċertament l-aktar ħabrieki fost l-appostli . Minn Sawlu ta ’ Tarsu , Pawlu , l-imsejjaħ fit-triq ta ’ Damasku , isir l-appostlu tal-ġnus , jiġifieri dak l-appostlu li jxandar lil Ġesù lill-ġnus pagani msejħa ġentili . San Pawl huwa l-awtur tal-akbar għadd ta ’ ittri u dokumenti fit-Testment il-Ġdid . Huwa kiteb l-Ittra lir-Rumani u l-Ittra lill-Galatin , żewġ Ittri lill-Korintin , żewġ Ittri lit-Tessalonkin , Ittra lill-Filippin , Ittra lill-ilsir Filemon , Ittra lill-Efesin , Ittra lin-nies ta ’ Kolossi , żewġ Ittri lill-Isqof Timotju ta ’ Kreta u Ittra oħra lill-Isqof Titu u għal xi żmien kien maħsub li kiteb ukoll l-Ittra lil-Lhud .
Fil-Kristjaneżmu bikri , San Pawl ma setax ma jkunx figura kontroversjali . Huwa kien Fariżew li jaħdem biex jeqred il-fidi l-ġdida Nisranija . Kien tgħallem il-Liġi f ’ riġlejn Gamaljel . Kien imkisser fil-Liġi Możajka u kien meqjum mix-xjuħ talpoplu . Imma fit-triq lejn is-Sirja deherlu bħal dawl qawwi li għamieh u għamlu bniedem ġdid . Irċieva l-magħmudija minn Ananija u ħaddan lil Kristu Msallab . It-tagħlim Nisrani huwa prattikament mibni kollu fuq l-ittri tiegħu . Hu tkellem dwar is-sagrament taż-żwieġ fl-ittra lill-Efestin , fuq l-Ewkaristija fl-Ittri lill-Korintin u fuq il-ġustifikazzjoni fl-Ittra lir-Rumani . Ebda appostlu ma vjaġġa daqsu . Ebda figura oħra tal- Kristjaneżmu bikri ma tħabbatha miegħu .
Għalina l-Maltin , San Pawl huwa figura importanti . Luqa , li kien miegħu fl-aħħar vjaġġ , irrekordja l-mawra f ’ Malta permezz ta ’ nawfraġju . Din is-silta tal-Atti tal- Appostli hija biżżejjed biex tixhed is-sejħa Nisranija ta ’ pajjiżna ħafna qabel ġnus oħra , fl-istess era appostolika . San Pawl jibqa ’ marbut mal-gżejjer Maltin u l-gżejjer Maltin jibqgħu marbutin miegħu . Postijiet bħal San Pawl il-Baħar , San Pawl tar-Rabat , il-Katakombi ta ’ San Pawl , il-Grotta ta ’
San Pawl u San Pawl Milqi huma prova ħajja tat-tradizzjoni antika li tixhed għall-miġja tal-Appostlu Pawlu f ’ pajjiżna . L-10 ta ’ Frar huwa l-jum nazzjonali li jfakkar din il-ġrajja .
Kienet tal-għaġeb , iva , ilkonverżjoni tal-ħalliel it-tajjeb illi għex biex għomru kollu għadda ta ’ ħalliel u fl-aħħar waqt tal mewt akkwista l-ġenna b ’ kelma waħda ta ’ Ġesù Kurċifiss . Kienet tal-għaġeb ilkonverżjoni tal-Madalena illi b ’ ħarsa waħda ta ’ Ġesù minn mara midinba saret eżempju ta ’ penitenza . Kienet tal-għaġeb fl-aħħar nett il-konverżjoni ta ’ Santu Wistin illi b ’ żewġ kelmiet li qara fi ktieb , dlonk għaraf l-iżball tiegħu u sar qaddis . Iżda tal-għageb bil-wisq akbar kienet il- Konverżjoni ta ’ Sawlu , il-għaliex waqt li Sawlu ried jeqred l-isem ta ’ Ġesù Nazzarenu b ’ dan l-istess isem ġie mibdul u mirbuħ u b ’ dan l-istess isem sar kolonna tal-istess Knisja illi huwa kien tant qiegħed jippersegwita .
Tlett ijiem wara dan li għedna , Ġesù deher lil Ananija , ċertu qassis twajjeb f ’ Damasku u qallu , ‘ Qum u mur fittriq imsejħa ‘ d-Dritta ’ u fittex fid-dar ta ’ Ġuda wieħed minn Tarsu illi jismu Sawlu .’ Wieħed jista ’ jaħseb kif semagħhom dawn il-kelmiet Ananija . Huwa kien infurmat tajjeb min kien dan Sawlu u għaldaqstant ma setax ikun li ma mteliex bil-biża ’, iżda għamel il-kuraġġ u wieġeb . ‘ Sinjur minn bosta smajt min huwa dan Sawlu u kemm ħsara għamel lillqaddisin tiegħek f ’ Ġerusalemm . Huwa ġie hawn u għandu l-jedd mill-prinċpijiet tas-Saċerdoti li jorbot dawk kollha li jsejħu l-isem tiegħek .’ U Ġesù qallu , ‘ Mur , dan huwa l-istrument magħmul minni sabiex ixandar l-isem tiegħi quddiem il-popli , lir-rejiet u lil Lhud , sabiex jiena nġiegħlu jara kemm għandu jbati għall-isem tiegħi .’

Marċi u Bandalori

Kull nhar ta ’ Ħadd bejn in-12.30pm u 2.00pm , jixxandar il-programm iddedikat kollu kemm hu għall-baned u festi ċelebrati fl-ibliet u l-irħula Maltin u Għawdxin .
21 Sena [ 2001-2022 ]
Produzzjoni u preżentazzjoni ta ’
Joseph Chetcuti
Fuq
Agħmlu l-appuntament tagħkom ma ’ Joe Chetcuti kull nhar ta ’ Ħadd .

Titilfuhx !

FESTA 2022

Każin Banda San Pawl , Safi
25 Sena Kamra tan-Nar San Pawl - Safi
99