Apprezzament
Lawrence Farrugia ( 1938 – 2022 )
Avv . Noel Camilleri
President Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda
Meta persuna tkun qattgħet parti kbira minn ħajjitha fil-volontarjat , allura mingħajr eżitazzjoni wieħed jista ’ jiddeskrivi lil Lorry Farrugia bħala persuna tal-komunità li ħabb mhux biss il-Birgu , belt twelidu , imma anke aspetti oħra tal-ħajja komunitarja .
Madanakollu , Lorry Farrugia jibqa ’ mfakkar bħala l-President tal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda , liema kariga okkupa għal xejn anqas minn 25 sena . F ’ dan iż-żmien kompla fejn ħallew ta ’ qablu biex jara li l-baned tradizzjonali tagħna , li bla dubju huma wirt u patrimonju tagħna , jibqgħu relevanti għas-soċjetà inġenerali .
Lorry kien bniedem serju , dixxiplinat u ta ’ prinċipju li qatt ma beża ’ jesprimi l-opinjonijiet tiegħu fil-qasam bandistiku . Lorry kellu għan wieħed : dak li terġa ’ tiddaħħal aktar serjetà kif tiġi ċċelebrata l-festa Maltija għaliex dejjem għaraf li l-eċċessi ma jagħmlu ġid u ġieħ lil ħadd , aktar u aktar lil dawk li jwettquhom .
Minkejja li ma baqax jokkupa l-kariga ta ’ President ,
Lorry kien dejjem lest li jagħti l-pariri tiegħu b ’ onestà , b ’ raġunament oġġettiv u trasparenti . Ħaddieħor , forsi , wara li jtemm l-inkarigu importanti li kellu , jitlef l-interess f ’ dik l-għaqda . Mhux Lorry , għaliex baqa ’ jattendi l-laqgħat tal-Għaqda Nazzjonali Każini tal- Banda , u mhux biss jattendi imma aktar importanti kien jikkontribwixxi b ’ mod pożittiv . Hekk kien il-karattru tiegħu . Għandna ngħożżu u nżommu ħaj l-eżempju ta ’ Lorry jekk tabilħaqq irridu li din l-Għaqda u fuq kollox ilkażini tagħna u l-festa Maltija jibqgħu relevanti fis-soċjetà Maltija .
Mat-telfa ta ’ Lorrry Farrugia , l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda mhux biss tilfet persuna li serviet bħala President għal 25 sena , imma aktar minn hekk tilfet persuna li tabilħaqq ħabbet lil din l-Għaqda , ilfesta Maltija , u dak kollu sabiħ marbut mal-fraternità bandistika Maltija . Imma fuq kollox Lorry ħabb lissoċjetà Maltija kemm fuq livell ta ’ komunità , imma anke fuq livell nazzjonali .
FESTA 2022
Każin Banda San Pawl , Safi
25 Sena Kamra tan-Nar San Pawl - Safi
87