2022 | Page 83

FESTA 2022
F ’ dawn l-aħħar sentejn , pajjiżna , bħall-bqija taddinja għadda minn perjodu ferm diffiċli meta ntlaqat mill-pandemija . Effett dirett ta ’ dan kien li l-festi tant sbieħ għalina l-Maltin u l-Għawdxin u li huma parti millidentità tagħna , ma setgħux isiru .
Kienu sentejn diffiċli għal kulħadd imma żgur għas- Soċjetajiet tal-Banda li kienu kostretti li l-ħidma tagħhom tkun xi ftit limitata . Imma agħar minn hekk kien meta l-każini tagħna kienu magħluqin minħabba l-effetti talpandemija . Deher ċar kemm huma punt ta ’ referenza importanti fl-ibliet u l-irħula tagħna . Madanakollu , kif jgħid il-Malti , kull bidu fih it-tmiem u wara dan il-perjodu xejn faċli kull min għandu tabilħaqq għal qalbu l-festa Maltija qed iħares b ’ ottimiżmu biex flimkien nerġgħu nibdew niċċelebraw il-festi fl-ibliet u rħula tagħna .
L-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda temmen li kif f ’ dawn is-sentejn urejna maturità u serjetà u dejjem żammejna saħħet il-poplu fuq nett fil-prijoritajiet tagħna , hekk ukoll għandna naraw li dawn il-festi jkunu ċelebrati b ’ sens akbar ta ’ responsabbiltà u serjetà . Dan biex nuru li s-soċjetajiet tal-banda għandhom tmexxija serja u reżiljenti biex nerġgħu nagħtu lill-poplu Malti dak li huwa parti importanti milli jagħmilna poplu . Għaliex il-festa Maltija flimkien mal-lingwa tant sabiħa tagħna jagħtuna identità ta ’ poplu u pajjiż .
Minkejja li l-pandemija ħalliet effetti fuq issoċjetajiet tal-banda u l-ħidma volontarja , kif ħalliet fuq kulħadd , xorta waħda r-reżiljenza tal-kumitati fil-każini tagħna kienet waħda kbira għaliex minkejja dawn iddiffikultajiet kollha xorta x-xogħol baqa ’ għaddej ħalli dak li huwa patrimonju tagħna bħala poplu jitħares u jibqa ’ ħaj fil-komunitajiet tagħna .
Madanakollu nkunu boloh jekk ngħidu li ma hemmx diffikultajiet u dawn għandna bżonn negħlbuhom . Huwa żgur li qed jinħass nuqqas ta ’ żgħażagħ li lesti jimpenjaw ruħhom fil-ħidma kontinwa fis-soċjetajiet tal-banda . Huwa ċar li dawn is-sentejn ħallew u se jħallu effett fuq il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-każini tagħna . Kif qed jinħass ukoll in-nuqqas ta ’ mużiċisti li lesti jerġgħu

Messaġġ mill-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda

Avv . Noel Camilleri
President GħNKB
jimpenjaw ruħhom b ’ umiltà u b ’ sens ta ’ appartenza fil-baned tagħna . Dawn huma żewġ pedini importanti fil-ħolqa tal-ħidma ta ’ soċjetà tal-banda daqskemm hija l-ħidma tal-mijiet ta ’ nies oħra flamministrazzjoni u l-attivitajiet fi ħdan is-soċjetà tal-banda .
L-Għaqda Każini tal-Banda temmen li jekk naħdmu flimkien b ’ sens tabilħaqq kollettiv u mhux individwalista ; jekk immiddu jdejna għal aktar ħidma b ’ umiltà ; jekk inkomplu naħdmu b ’ serjetà u b ’ sens ta ’ responsabbiltà , allura , iva , nemmen li nistgħu nkomplu niċċelebraw il-festi tagħna kif jixraq . Il-kollettività trid tkun f ’ sens l-aktar wiesa ’ li tinkludi wkoll l-awtoritajiet ekkleżjastiċi . Għaliex il-festa tibda biċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi u tkompli b ’ dawk popolari . It-tnejn għandhom l-importanza tagħhom , it-tnejn huma intrinsikament marbuta biex tkun festa sħiħa . Madanakollu , iż-żmien li għaddejna minnu għandu jgħallimna li hemm ħtieġa urġenti li lillfesti tagħna nerġgħu nagħtuhom dak is-sens sabiħ ta ’ ċelebrazzjoni komunitarja fejn il-komunità , il-familji , il-ħbieb , jerġgħu tabilħaqq iħossu b ’ mod kollettiv dak is-sens ta ’ appartenza , dak is-sens ta ’ mħabba mhux biss lejn il-patrun , mhux biss lejn dik is-soċjetà tal-banda li huma importanti , imma aktar minn hekk lejn il-komunità inġenerali . Ma nistax ma nagħlaqx dan il-messaġġ sabiex kull wieħed u waħda minna jiftakar f ’ dak li qed jiġri fl- Ukraina . Traġedja umana oħra ta ’ sofferenza kbira liema bħalha , bħal dik fis-Sirja u l-Palestina , u ta ’ popli oħra . Ma għandniex inkunu indifferenti għal dawn il-ġrajjiet li ħallew u se jħallu tebgħa li ma titħassarx għall-popli kollha , inkluż lilna .
Nagħlaq billi f ’ isem l-Għaqda Nazzjonali Każini tal- Banda nawgura l-festa t-tajba , u nirringrazzja lis-Soċjetà tal-Banda u l-membri tagħha għax-xogħol volontarju kbir li jsir . Nappella sabiex dik il-ħidma tissarraf f ’ ċelebrazzjonijiet denji ta ’ festa li tgħaqqad il-poplu .

Fil-jiem tal-festa nħeġġu lil kulħadd biex jersaq aktar lejn is-Sagramenti .

FESTA 2022

Każin Banda San Pawl , Safi
25 Sena Kamra tan-Nar San Pawl - Safi
83