2022 | Page 75

FESTA 2022

Nilqgħu fostna lil …

Il-Kanonku Dun Ivan Scicluna li nħatar kappillan tal-parroċċa tal-Konverżjoni ta ’ San Pawl , Ħal Safi , fl- 10 ta ’ April , 2022 . Huwa ħa l-pussess fis-17 ta ’ Ġunju f ’ konċelebrazzjoni mmexxija mill-Arċisqof Mons Charles J . Scicluna .
Dun Ivan mhuwiex wiċċ ġdid fir-raħal tagħna peress li ilu għal dawn l-aħħar seba ’ snin iservi f ’ din il-parroċċa .
Twieled fl-24 ta ’ Marzu 1970 , huwa ggradwa bħala infermier u mbagħad iggradwa wkoll fit-teoloġija mill- Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta ’ Malta .
Dun Ivan ġie ordnat saċerdot fit-20 ta ’ Ġunju 2003 . Fil-bidu tal-ħidma pastorali tiegħu kien direttur taċ- Ċentru Vokazzjonijiet Djoċesani fejn serva wkoll filparroċċa tal-Isla .
Kien ukoll viċi arċipriet tal-parroċċa tar-Rabat u anke rettur tal-kappella tan-Nigret fir-Rabat stess . Fl-2007 huwa nħatar bħala kappillan tal-parroċċa ta ’ Santa Luċija u ħames snin wara nħatar arċipriet tal-parroċċa tal-Isla .
Bejn l-2014 u l-2021 kien kappillan tar-Residenza ta ’ San Vinċenz de Paul , kariga li kienet ingħatatlu abażi tal-fatt li huwa wkoll infermier . Fl-istess żmien offra l-għajnuna tiegħu fil-parroċċi ta ’ Ħal Tarxien u Ħal Safi .
Dun Ivan kellu laqgħa kordjali mal-Kumitat Ċentrali tal-Każin Banda San Pawl fit-12 ta ’ Mejju li fiha kemm hu u wkoll il-Kumitat wiegħdu l-akbar kooperazzjoni bejniethom b ’ mod partikolari fiċ-ċelebrazzjoni tal-festa tal-padrun tagħna San Pawl .
Lil Dun Ivan nawgurawlu snin ta ’ ħidma b ’ risq il-parroċċa tagħna u nwiegħduh il-kooperazzjoni u l-għajnuna kollha min-naħa tagħna .

u nsellmu lil …

Kanonku Dun David Farrugia li wara li għamel kważi tmien snin kappillan fil-parroċċa tagħna , f ’ April li għadda nħatar bħala Arċipriet fil-parroċċa ta ’ Santa Marija f ’ Ħad-Dingli .
Dun David kien ilu jservi fil-parroċċa tagħna mit-22 ta ’ Ġunju . 2014 u tul dan il-perjodu rnexxielu jirbaħ qlub il-Ħal Safin tant li huwa spiċċa ġie ppremjat bil-Premju Onorefiċenza mill-Kunsill Lokali f ’ Jum Ħal Safi fl-24 ta ’ April , 2022 .
Qabel inħatar kappillan f ’ Ħal Safi , Dun David , li ġie ordnat saċerdot fid-29 ta ’ Ġunju , 2004 , serva fil-parroċċa ta ’ Ħal Tarxien , fil-parroċċa ta ’ Ħal Luqa , filparroċċa ta ’ Santa Luċija , bħala rettur taż-żona ta ’ Ħal Farruġ u wkoll bħala direttur spiritwali tal- Kulleġġ San Benedittu – Skola Sekondarja Subien ta ’ Ħal Kirkop u bħala Chaplain tal-Junior College , fl-Imsida .
Dun David jibqa ’ mfakkar , fost oħrajn , għal ħafna xogħol ta ’ restawr li wettaq kemm dam iservi fostna . Fosthom insemmu r-restawr

FESTA 2022

tal-istatwa artistika ta ’ San Pawl u l-pedestal tagħha , irrestawr konservattiv tal-bradella u l-bankun , ir-restawr taċ-Ċentru Parrokkjali , ir-restawr fuq barra tal-Kappella ta ’ Santa Marija u r-restawr tal-lanterna tal-koppla talknisja parrokkjali . Dan kollu minbarra r-restawr ta ’ diversi pitturi , gandlieri u raġġieri . Sar ukoll bankun ġdid għall-forċini li jintużaw fil-purċissjoni ta ’ jum il-festa . Proġett importanti ieħor kien il-bini tista ’ tgħid mill-ġdid tal-post li kien jintuża bħala mużew tas-subien wara li l-binja ġiet mikrija lill-Gvern biex tintuża bħala Dementia Day Centre u Night Shelter . Ix-xogħol kollu tħallas u twettaq mill-Gvern .
Kemm dam fostna wettaq ħafna ġid kemm spiritwali u materjali u żgur li ħalla timbru bil-ħajja ġdida li ta lill-quddiesa tat-tfal nhar ta ’ Ħadd filgħodu fejn permezz tagħha ġibed aktar tfal , u naturalment aktar adulti , lejn il-knisja .
Mal-Każin Banda San Pawl Dun David dejjem wera rispett kbir u wera dejjem il-kooperazzjoni mixtieqa . Nawgurawlu aktar snin ta ’ ħidma fil-parroċċa ġdida tiegħu .
Każin Banda San Pawl , Safi
25 Sena Kamra tan-Nar San Pawl - Safi
75