2022 | Page 7

“ Kulma tagħmlu , agħmluh minn qalbkom ”
FESTA 2022 inħeġġiġkom tużaw is-servizzi ta ’ dawk kollha li jirriklamaw f ’ dan il-ktieb . Żommu l-ktieb viċin tagħkom matul is-sena kollha , bħali , irriferu hawn meta tkunu qegħdin tfittxu servizz , fost irriklami kollha li hawn , hemm xelta vasta ta ’ prodotti u servizzi li mgħandix dubju kollha kemm aħna niġu bżonn matul is-sena . Uruhom li qed tużaw s-servizzi tagħhom għaliex huma qed jappoġġjaw il-festa tagħna . Din għandha tkun il-ħolqa li tgħaqqadna u li tkabbarna flimkien .

Bla volontarjat ma jkollniex sens ta ’ komunità

“ Kulma tagħmlu , agħmluh minn qalbkom ”

Alexis Callus
Editur
Hekk kif l-għaqdiet lokali reġgħu bdew isibu saqajhom u l-membri tagħhom reġgħu bdew isibu l-ħeġġa u l-kuraġġ li joqorbu u li jipparteċipaw bħala komunità f ’ dawk l-attivitajiet li huma magħrufin għalihom , huwa xieraq li tassew nagħtu apprezzament lejn il-ħidma volontarja li teżisti fil-komunità tagħna . Kollha ħadna pjaċir naraw l-attività tas-7 ta ’ Ġunju fejn bis-saħħa tal-attività Qamar il-Għasel organizzata mill- Kunsill Lokali rajna s-sehem konġunt ta ’ diversi nies minn Ħal Safi bis-sehem tas-Safi Drama Group , il-Banda San Pawl Safi u l-Kor Sine Macula .
Diversi membri tal-Kumitat , li minn dejjem ikunu hemm , jaħdmu wara x-xeni , ilhom xhur sħaħ iħabblu moħħhom dwar kif jistgħu jerġgħu jsaħħu l-ħidma volontarja fis-Soċjetà tagħna sabiex wara xi ftit nuqqas , nerġgħu lkoll ingawdu flimkien it-tradizzjonijiet li għal snin sħaħ kienu għal qalbna ; il-Festa , il-Banda u n-Nar fost oħrajn .
L-ebda flus u fondi ma jistgħu jieħdu post il-kreattività , il-passjoni u d-dedikazzjoni ta ’ dawk illi għandhom għal qalbhom it-tradizzjonijiet tagħna . U rridu nkunu aħna , ilkomunità , li naraw li ma nħallux lil dawn it-tradizzjonijiet isiru biss mod ta ’ kif individwi japprofittaw minnhom . Irridu nerġgħu nagħtu spinta lill-valur tal-volontarjat , u naraw kif , min bi ftit u min b ’ ħafna , nagħtu kontribut fattwali biex insostnu dawk l-elementi tal-festa li huma xhieda talkomunità tagħna .
Dan nagħmluh billi l-ewwel nett nifhmu l-benefiċċji għalina u għal uliedna tal-volontarjat . Is-sens ta ’ skop , issens ta ’ komunità , mod ta ’ kif niltaqgħu ma ’ nies ġodda , fejn inkabbru l-ħiliet tagħna . Din hija opportunità għat-tfal u ż-żgħażagħ biex itejbu l-abbiltajiet soċjali tagħhom , fejn jistgħu jitgħallmu ħiliet ta ’ valur li jtejbilhom il-prospetti fil-ħajja li jwasslu wkoll għall-ferħ u kuntentizza . Il-ħidma volontarja taf tolqot dawn il-punti kollha u toħroġ fina l-aħjar tagħna .
“ Għax hekk ukoll Bin il-bniedem , hu ma ġiex biex ikun moqdi ” ( Mark 10:45 )
Li taqdi hija ħaġa mill-isbaħ . Li taqdi lill-komunità hija opportunità tad-deheb li mgħandhiex titħalla tgħaddi u tintilef . L-apprezzament tagħna lejn kull min jagħti ħinu għandha tkun hemm dejjem . Il-volontarjat jista ’ jieħu ħafna forom . L-għotja tista ’ tkun waħda finanzjarja , professjonali , materjali , f ’ ħin , talent , direzzjoni , servizz jew xi forma ta ’ kontribuzzjoni li biha s-Soċjetà tissaħħaħ , tiffranka millispejjeż jew saħansitra tagħmel il-qliegħ .
Dan il-ktieb huwa mezz ukoll ta ’ kif il-Każin Banda San Pawl Safi tagħmel il-qliegħ , u huwa dan li jixprunani nikkontribwixxi fih flimkien mas-Sur Emanuel Zahra li matul is-sena kollha jara li jiġbor ir-riklami li jidhru fih . B ’ hekk

FESTA 2022 inħeġġiġkom tużaw is-servizzi ta ’ dawk kollha li jirriklamaw f ’ dan il-ktieb . Żommu l-ktieb viċin tagħkom matul is-sena kollha , bħali , irriferu hawn meta tkunu qegħdin tfittxu servizz , fost irriklami kollha li hawn , hemm xelta vasta ta ’ prodotti u servizzi li mgħandix dubju kollha kemm aħna niġu bżonn matul is-sena . Uruhom li qed tużaw s-servizzi tagħhom għaliex huma qed jappoġġjaw il-festa tagħna . Din għandha tkun il-ħolqa li tgħaqqadna u li tkabbarna flimkien .

Nirringrazzja lil dawk kollha li taw il-kontribut tagħhom , b ’ mod speċjali f ’ din is-sena . Sena oħra li ġabet magħha bosta nkwiet ġdid fejn qed nesperjenzaw il-kruha tal-gwerra filkontinent tagħna . Gwerra li ħadd ma kellu ħsieb tagħha wara pandemija li sa nofs din is-sena qatlet aktar minn sitt miljun ruħ madwar id-dinja . Gwerra li s ’ issa ħatfet il-ħajja ta ’ aktar minn ħmistax-il elf ruħ u li fixklet il-ħajja ta ’ miljuni oħra . Gwerra li qed ikollha impatt dinji u li anke lilna qed taffettwa ta ’ kuljum . Se tindunaw li din is-sena naqqasna xi ftit artikli għaliex anke aħna ħassejna l-effett tal-għoli fil-prezz talkarta , u la l-iskop tagħna huwa dak li nagħmlu dħul għallfesta , ridna nsibu l-aħjar bilanċ u noffru prodott tajjeb u dħul bżonnjuż għall-Każin .
Ringrazzjament speċjali lis-Sur Carmel Callus , is-Sur Paul Abdilla u s-Sur Saviour Sammut tal-kontribut tagħhom fil-qari tal-kitbiet qabel il-pubblikazzjoni . Grazzi wkoll lil dawk kollha li jipprovdu ritratti għal din il-pubblikazzjoni b ’ mod speċjali lis-Sur Carl Farrugia li matul il-jiem kollha tal-festa jara li jkun hemm memorji ta ’ kulma jsir . Grazzi lillartikolisti kollha .
Apprezzaw kif kull attività , kull proġett u kull inizjattiva , warajha jkun hemm diversi individwi u ħafna ħsieb u ħidma sabiex tkun ta ’ suċċess .
L-attendenza tagħkom fil-festa hija wkoll turija ta ’ apprezzament għal dawk kollha li jikkontribwixxu lejn ilprogramm imħejji għalikom .
San Pawl dejjem kien jaf xi jgħid , u mhux ta ’ b ’ xejn kliemu jgħodd għal kull poplu f ’ kull żmien . Fil-kitba tiegħu lill-Kolossin ( Kol 3:23-25 ) jgħidilhom : “ Kulma tagħmlu , agħmluh minn qalbkom bħallikieku lill-Mulej u mhux lillbnedmin ; għax tafu li għad tieħdu l-ħlas li ħejja b ’ wirt għalikom il-Mulej . Aqdu lil Kristu Sidna . Kull min jagħmel id-deni jitħallas tad-deni li jkun għamel , għax Alla ma jħares lejn wiċċ ħadd .” Nawguralkom festa mill-isbaħ ; barka , saħħa u sliem . Viva San Pawl !
Każin Banda San Pawl , Safi
25 Sena Kamra tan-Nar San Pawl - Safi
7