San Pawl l-Appostlu disponibbli għal Alla
Kanonku Dun Ivan Scicluna
Kappillan
Xħin tidħol fil-Każin tal-Banda San Pawl tilmaħ ixxbieha sabiħa ta ’ San Pawl fuq iż-żiemel li tfakkarna fil-Festa tal-Konverżjoni ta ’ San Pawl li hija tant għal qalbna .
Il-Konverżjoni ta ’ San Pawl kienet trasformazzjoni - bidla sħiħa fil-moħħ u fil-qalb wara l-laqgħa personali tiegħu ma ’ Alla . L-enerġija u d-determinazzjoni tiegħu Alla ried li San Pawlu jużahom biex iwassal il-bxara t-tajba lill-Ġnus . U din il-bidla fundamentali f ’ Pawlu wasslet biex it-twemmin nisrani żviluppa u nfirex ’ il bogħod miċ-ċrieki tal-liġi Lhudija . Il-konverżjoni ta ’ San Pawl wasslitu biex hu bidel il-valuri li kien iħaddan , il-viżjoni ta ’ ħajtu u dak kollu li kien jiftaħar bih . Huwa stess jgħid li dak ta ’ qabel rah bħala ‘ knis ’ quddiem iddawl ġdid tal-bxara t-tajba ta ’ Alla .
Għalhekk għeżież , din ix-xbieha ta ’ San Pawl fuq iż-żiemel hija tifkira permanenti għal kull min jidħol f ’ dan il-każin tal-missjoni tagħna bħala nsara . Aħna li ngħidu li San Pawl huwa missierna , bħalu rridu nħallu lil Alla jintervjeni fil-ħajja tagħna sabiex iwassalna għallkonverżjoni . Bħal San Pawl sabiex nikkonvertu rridu nkunu fuq kollox disponibbli u bħalu nilqgħu s-sejħat li Alla jagħmlilna fuq kollox sabiex inneħħu kull kburija ,
ninżlu minn fuq iż-żiemel u nħallu lil Alla jitrasformana . Ejjew inkunu dixxipli denji tal-Appostlu Missierna San Pawl billi nħallu l-imħabba li nuru lejn dan l-Appostlu matul is-sena kollha f ’ dawn il-jiem tressaqna aktar viċin ta ’ Alla u bħal San Pawl inħallu lil Alla jibdilna .
Minn qalbi nirringrazzja lill-Kumitat , is-sezzjonijiet u l-membri kollha tal-każin għad-dedikazzjoni u l-impenn tagħhom sabiex nagħmlu festa sabiħa lil San Pawl . Nawgura lil kulħadd il-Festa t-tajba u ntenni magħkom it-talba li nkantaw lil San Pawl fl-innu miktub għalih minn Paul Callus :
Ieqaf magħna , ħares fuqna Waqt il-ħfief jittajru s-snin Itfa ’ l-barka , itfa ’ s-sliema Fuq uliedek , Ħalsafin
Kunu mberkin u Viva l-Appostlu Missierna San Pawl !
Issieħbu fil‐paġna ta ’ Facebook : Każin Banda San Pawl , Safi ‐ A . D 1929
FESTA 2022
Każin Banda San Pawl , Safi
25 Sena Kamra tan-Nar San Pawl - Safi
59