Sottokumitat Nisa
Catherine Zahra
Dawn is-sentejn ta ’ pandemija kellhom effett negattiv fost il-ħidma tagħna peress li ma setgħux isiru attivitajiet fejn tlaqqa ’ gruppi ta ’ persuni . Għaldaqstant kellna nnaqqsu mill-ħidma tagħna u allura mill-finanzi li s-soltu jirnexxilna niġbru biex ngħinu lis-Soċjetà tagħna . Madanakollu matul dan il-perjodu ta ’ nuqqas ta ’ attivitajiet , is-Sottokumitat tan- Nisa baqa ’ għaddej bil-lotterija ta ’ kull ġimgħa u minn hawn nirringrazzjaw lil dawk li jieħdu sehem f ’ din l-inizjattiva ferm impenjattiva .
Issa li l-pandemija battiet xi ftit u bdejna ngħixu n-normal , erġajna bdejna wkoll bil-coffee mornings u dawk tal-bidu kienu tassew milqugħa mingħandkom , b ’ hekk dawn se jerġgħu jkomplu minn wara l-festa u l-ħsieb huwa li jkun hemm coffee morning kull xahar . Għamilna wkoll xi ħarġiet lejn il-baħar biex inqattgħu ftit ħin ta ’ mistrieħ .
Dawn intlaqgħu tajjeb u se jkomplu minn żmien għal żmien .
Fil-waqt li nawgura li kulħadd igawdi dawn il-ġranet ta ’ festa , nieħu pjaċir li terġgħu tibdew tipparteċipaw wkoll fl-attivitajiet li bħala Sottokumitat tan-Nisa norganizzaw bħala ntrojtu għall-Każin . Dan nagħmluh b ’ dedikazzjoni u anke b ’ rispett lejn saħħet xulxin . B ’ hekk nawguralkom li tkunu b ’ saħħitkom u li tgawdu dawn l-attivitajiet magħna .
San Pawl bierek lill-familji Ħal Safin kollha u lil Malta tagħna . Nixtiqilkom il-festa t-tajba . Viva San Pawl !
FESTA 2022
Każin Banda San Pawl , Safi
25 Sena Kamra tan-Nar San Pawl - Safi
47