Infakkru l-istorja tas-St . Paul ’ s Firework Factory , Safi 25 sena mill-ftuħ tal-Kamra tan-Nar San Pawl Safi Programm Speċjali Il-Ħadd , 11 ta ’ Settembru 2022
Din is-sena taħbat il-25 sena mill-ftuħ tal-Kamra tan- Nar San Pawl ta ’ Ħal Safi . Dan proprju seħħ fit-12 ta ’ Settembru 1997 . Kien fl-1994 li nstab sit adatt biex fuqu tinbena fabbrika tan-nar fuq art li ngħatat minn Pawlu Busuttil ( il-Maġġur ) u bil-kollaborazzjoni tal-aħwa Salvinu u Karmelina Zammit ( taż-Żann ). 1
B ’ dan il-għan , biex nirringrazzjaw lil Alla , li blinterċezzjoni ta ’ San Pawl , dawn il-25 sena offrew nar millisbaħ għall-festi kbar li jsiru lil San Pawl , is-Sottokumitat u l-Licensee tal-Kamra tan-Nar ħasbu biex itellgħu programm speċjali biex ifakkru dan il-jum .
Il-komunità Ħal Safija hija mistiedna biex tattendi din l-attività . Se tkun okkażjoni sabiħa . Inħeġġukom tiġu . Importanti li nsemmu li fil-Kamra mhux se jkun hemm materjal tan-nar peress li dan se jkun inħaraq kollu filġimgħa tal-festa . Għaldaqstant , fil-kamra tan-nar u flinħawi tagħha mhu se jkun hemm l-ebda periklu . Barra minhekk , iċ-ċerimonja se ssir ħdejn il-bieb prinċipali talpost . Narawkom .
Il-Ħadd , 11 ta ’ Settembru , 2022
5:30pm Il-Banda San Pawl , Safi tagħmel marċ fit-trejqa li tagħti għall-kamra tan-nar ( il-Ħlantun )
6:15pm Issir iċ-ċerimonja ta ’ inwagurazzjoni u tberik talistatwa mnaqqxa fil-ġebel il-ġdida ta ’ San Pawl li tfakkar il-25 sena mill-ftuħ tal-Kamra tan-Nar li ġġib ismu . Jinħarqu salut , kaxxa nfernali u murtaletti minn distanza regolata bil-liġi .
6:30pm Quddiesa ta ’ radd il-ħajr mill-Kappillan ta ’ Ħal Safi l-Kanonku Dun Ivan Scicluna megħjun minn Dun Tony Pace u l-ex Kappillan il-Kanonku Dun David Farrugia . Il-Quddiesa tkun animata mill-Kor Sine Macula ta ’ Ħal Safi taħt id-direzzjoni ta ’ Mro Alexandra Borg B . Educ , A . Mus L . C . M ..
Referenzi
1
Callus , Paul , Ħal Safi ( 1998 - Malta ), Pg 121
FESTA 2022
Każin Banda San Pawl , Safi
25 Sena Kamra tan-Nar San Pawl - Safi
41