Messaġġ mill-Licensee tal-Kamra tan-Nar
Aaron Zammit
Din hija l-għaxar sena tiegħi bħala licensee tal-kamra tan-nar ta ’ Ħal Safi , b ’ responsabbiltà kbira u sagrifiċċji kbar .
Ngħidu li wara l-maltemp jiġi l-bnazzi . Kellna sentejn ta ’ maltemp mill-aktar kiefer b ’ pandemija li ħawditilna ħajjitna , qaflitna ġewwa u kellna ngħaddu mingħajr ħafna mill-affarijiet li soltu nagħmlu . Qed bil-mod ilmod jilħaqna l-bnazzi u għalkemm il-ħajja qed tirritorna lejn in-normal , il-pandemija għadha xi ftit jew wisq qrib tagħna .
Imma għall-inqas se nkunu nistgħu nerġgħu niċċelebraw kif xieraq il-Konverżjoni tal-Appostlu Missierna San Pawl wara li kellna għal sentejn sħaħ inħassru l-festi ta ’ barra filwaqt li nillimitaw il-festi ta ’ ġewwa .
Il-pandemija ħalliet l-effett tagħha wkoll fuq ilpost tan-nar għax kien hemm żminijiet fejn kellna nagħlqu l-post biex inħarsu s-saħħa ta ’ dawk il-ftit li jagħtu sehemhom fil-ħdim tan-nar , u li kieku ma jkunx għalihom , ma nkunux nistgħu ngawdu l-festa bin-nar kif se nerġgħu nagħmlu din is-sena . Grazzi għall-ħanin Alla u għal Missierna San Pawl , f ’ dawn l-aħħar xhur stajna nagħtu spinta lix-xogħol li kien fadal isir u nittama li se jkollna wirja ta ’ xogħol tan-nar tal-ajru kif ukoll tal-art kif jixraq lil Missierna San Pawl .
F ’ din l-aħħar sena , tlifna membru ieħor tat-tim bilmewt ta ’ Michael Brockdorff . Ma nistax ma nesprimix id-diqa tiegħi u ta ’ sħabi fil-kamra tan-nar għat-telfa tal- Mike li ħalla dan il-wied tad-dmugħ fit-13 ta ’ Diċembru
34
Każin Banda San Pawl , Safi FESTA 2022
10 snin Kummissjoni Armar
2021 . Il-Mike qatta ’ snin twal fostna jgħin fix-xogħol tan-nar u sar parti mill-familja tagħna . Kien sar iħobb ħafna lil Ħal Safi u l-festa tal-patrun tagħna . Kien persuna serja u tal-affari tagħha . Hu kien sar kolonna għall-post tan-nar . Kien jiġi kważi kuljum minkejja li r-residenza tiegħu ma kinitx hawn . Peress li kellu l-Liċenzja A seta ’ jżomm il-post miftuħ fin-nuqqas tiegħi minħabba x-xogħol . Hu baqa ’ jagħmel dan anki wara li saħħtu bdiet sejra lura u meta ma setax jibqa ’ jsuq ilkarrozza kien jitlob lil Wiġi Zammit iwasslu mid-dar salpost tan-nar u lura , basta jkun fostna .
Strieħ fis-sliem Mike u grazzi tal-għajnuna u l-pariri li dejjem sibna mingħandek . Dnub li m ’ intix se tkun fostna għall-inawgurazzjoni tal-istatwa ta ’ San Pawl filpost tan-nar . Fraħt ħafna meta l-istatwa waslet fostna u ttellgħet fuq il-pedestall . Nonqos jekk ma nagħtix l-għomor u r-ringrazzjament tiegħi u ta ’ sħabi lil martu Maud , li kienet takkumpanjah fil-jiem tal-festa f ’ Ħal Safi , u lill-qraba kollha tiegħu .
Veru hija grazzja minn Alla li qed nerġgħu niċċelebraw kif xieraq il-festa ad unur San Pawl f ’ sena importanti flistorja tas-Soċjetà tagħna . Dan għaliex din is-sena qed infakkru l-25 anniversarju mill-ftuħ tal-post tan-nar . Kemm jgħaddi malajr iż-żmien ! Qisu l-bieraħ . Għal din l-okkażjoni , fil-11 ta ’ Settembru se nbierku statwa ta ’ San Pawl maħduma fil-ġebel mill-bravu skultur Charlie Mallia .
Il-materjal qiegħed kulma jmur jogħla m ’ għola s-sema . Hemm bżonn li l-Ħal Safin jifhmu li ma jistax ikollok festa sabiħa u b ’ ħarqa nar tajba mingħajr ma jkollok il-finanzi meħtieġa . Hemm bżonn li l-għajnuna tiżdied . Mhux biss dik finanzjarja . Għandna bżonn ta ’ aktar dilettanti u li lesti li jmiddu jdejhom .
Ma nistax iżda ma nirringrazzjax lil Charles Polidano li dejjem ikun minn ta ’ quddiem fl-għajnuna tiegħu . Hu u ħutu jgħinuna mhux biss finanzjarjament imma wkoll materjalment kulmeta jkollna bżonn . Grazzi wkoll lil kull min ta donazzjonijiet għan-nar .
Biex ma ninsa lil ħadd , nirringrazzja lil kull min niżel il-post tan-nar biex seta ’ jittella ’ dan il-programm u lillqraba tagħna għas-sagrifiċċji li esperjenzaw magħna . Grazzi lil kull min ħadem biex setgħu jsiru ikliet biex jinġabru finanzi għan-nar . Grazzi wkoll lill-Kappillan , lill-Kunsill Lokali u lil kull min għen b ’ xi mod jew ieħor .