Twelid mill-ġdid . X ’ tgħallimna mill-pandemija ? Il-pandemija xi wrietna ?
Mro Michael Bugelli A . T . C . L .
Surmast Direttur Banda San Pawl , Ħal Safi
Wara sentejn ebsin wasal il-mument li nerġgħu nitwieldu mill-ġdid . Nittamaw li dan it-twelid mill-ġdid iġibna iktar b ’ saħħitna minn qabel . Iċ-ċirkustanzi mhumiex faċli . Il-COVID biddlitilna ħajjitna u biddlithielna kważi b ’ mod permanenti . Id-dinja tal-festi u tal-baned ħadet daqqa kbira . Ċerti kumplikazzjonijiet kienu diġà jeżistu qabel il-COVID u issa wara l-COVID saru aktar evidenti .
Għall-grazzja t ’ Alla rġajna qbadna r-ritmu . Din issena l-festi se jsiru bil-mod li konna mdorrijin qabel bihom . Nittamaw dejjem . Problemi hemm . Il-bandisti naqsu drastikament u din ilha snin ġejja . Din tal-bandisti għandha tiftħilna għajnejna . Ċerta attitudni li ġejja minn ċerta injoranza mhux talli m ’ għandhiex tibqa ’ imma talli l-kumitati kollha tal-baned ta ’ Malta għandhom jimpenjaw ruħhom biex inaqqsuha u joqtluha . Il-baned m ’ għandhomx jittolleraw aktar partitarji minn tagħhom li jiddettaw x ’ għandha tkun l-aġenda tal-banda għalliskopijiet amatorjali ta ’ moħħhom . Il-briju qiegħed hemm biex jakkumpanja l-banda u mhux biex il-banda takkumpanja l-briju .
Hemm bżonn ukoll li jitrażżnu ċerti kummenti bla sens fil-konfront tal-bandisti . Illum qed nindunaw li bejn il-baned u l-bandisti , huma l-baned li għandhom l-aktar x ’ jitilfu . Illum qed naraw li ħafna bandisti qed jitilqu għax qed jaraw li xogħolhom mhuwiex apprezzat . Qed jaraw li minkejja li studjaw mhumiex jitħallsu kif xieraq . Bandist , jagħmel kemm jagħmel ħin jistudja qatt ma jista ’ jiġi ppremjat b ’ mod adegwat , imma għall-inqas ir-rispett hemm għandu jkun u hemm għandu jibqa ’.
Timmaġinaw intom festi mingħajr baned ? Ħarsu lejn dawn is-sentejn li għadhom kif għaddew . Kienu festi blarmar ta ’ barra u anke bin-nar , imma kienu festi mingħajr ħajja . Il-festi qatt ma jistgħu jkunu kompluti mingħajr ilħoss tal-banda , mingħajr il-briju . Il-banda hija l-anima u r-ruħ tal-festa . Mingħajr il-baned il-qalb tal-festa Maltija ma tħabbatx . Fiż-żewġt isjuf li għaddejna rajna festuni mixgħulin , ħruq ta ’ nar , bandalori u pavaljuni , imma toroq baħħ , ghost towns , għax mingħajr il-banda m ’ hemmx ħajja . Hija l-banda u huma l-bandisti li jagħmlu parti kbira mill-festa Maltija .
Hemm bżonn li l-baned jimpenjaw ruħhom biex ilkażini jsiru ċentru ta ’ tagħlim u l-kumitati direttivi jagħrfu r-responsabbiltà li r-raħal qed jitfa ’ fuq spallejhom , dik li minnu jgħallmu u joħorġu mużiċisti ta ’ kwalità . Kull min jidħol fil-kumitat irid jirrealizza li l-banda hija prinċipju
FESTA 2022 importanti , u din tiġi qabel innar , qabel l-armar , u qabel ilbriju . Jekk partitarju ma jifhimx din , inutli jidħol fil-kumitat eżekuttiv . Jien bħala surmast direttur huwa fl-obbligu tiegħi li nitkellem dwar il-banda .
Jekk ma nitkellimx jien min tridu jitkellem fuq il-banda u fuq il-mużika ? Sinjuri , hemm bżonn li l-baned jibdew paġna ġdida fejn tidħol il-mużika . Hemm bżonn li n-nies jieħdu aktar interess f ’ dak li qed tagħmel il-banda . Din il-pandemija ġiet fuqna biex tgħallimna . Nisperaw li nitgħallmu . Hemm bżonn li l-bandisti tal-post jiġu ndukrati . Il-bandist , biex jilħaq bandist irid jistudja u jistudja ħafna . Kemm minna kienu lesti meta kienu għadhom żgħar li jistudjaw kemm l-iskola u l-mużika f ’ daqqa ? Kemm minna kienu lesti li jistudjaw għal xi ħaġa li ma tħallilhomx qliegħ u li probabbilment kienu qed jistudjawha sempliċiment biss għall-gost li jkunu jistgħu joħolqu melodija li biha tista ’ tpaxxi tant nies ? Kemm minna kienu lesti li jistudjaw xi ħaġa u kienu jafu li minkejja li ma kinux se jagħmlu qligħ ta ’ flus , lanqas l-iċken rispett ma kien se jkollhom ? Lill-bandisti talpost irridu nibżgħu għalihom u nikkonsolidaw l-għaqda tal-grupp ta ’ bejniethom . Irridu nitgħallmu mill-iżbalji tagħna . Irridu niftħu għajnejna . Irridu naraw x ’ tagħlima ħadna minn din il-pandemija . Irridu naraw fiex ġabitna . Irridu naraw kif qatlet l-entużjażmu u , issa li qomna millġdid , qed immissu b ’ idejna l-iktar problemi koroh li qatt ma konna nistennew li naraw .
Nagħlaq dan il-messaġġ billi l-ewwel nett nirringrazzja lill-Kumitat u lill-volontiera kollha tal-festa f ’ kull qasam li jaħdmu . Nagħmel żewġ appelli , biex l-ewwel nett nerġa ’ nsejjaħ lill-ġenituri biex jerġgħu jibdew jibagħtu lil uliedhom jitgħallmu l-banda u t-tieni appell tiegħi huwa li issa li se jkollna ċans nerġgħu ngawdu l-festa sħiħa kif kienet qabel , nakkumpanjaw lill-banda kull fejn tkun qiegħda ddoqq . Nistedinkom minn hawn stess biex tattendu għall-kunċert kbir li nagħmlu fil-pjazza li minn din is-sena se jerġa ’ jsir bħal qabel . Nista ’ nagħtikom kelmti minn issa li l-kunċert li se ntellgħu se jkun ta ’ kwalità għolja li se jerġa ’ jdaħħalkom fl-atmosfera festiva bħal dik li konna fiha qabel il-COVID .
San Pawl Missierna ħarisna .
Każin Banda San Pawl , Safi
25 Sena Kamra tan-Nar San Pawl - Safi
27