2022 | Page 23

FESTA 2022 f ’ marċ li allegra lil dawk preżenti fil-pjazza lejn Dar il-Kunsill f ’ din l-okkażjoni sabiħa . Fis-7 ta ’ Ġunju l-banda ħadet sehem ukoll f ’ Qamar il-Għasel , attività kulturali mtellgħa f ’ Ħal Safi mill- Kunsill Lokali .

Delegat tal-Banda

Emanuel Zahra
Wara li ilna ma niċċelebraw il-festa esterna għal sentejn sħaħ minħabba l-pandemija tal-Covid-19 , issa qegħdin naħsbu sabiex nerġgħu niċċelebraw il-festa għażiża għalina l-Ħal Safin , tal-Appostlu Missierna San Pawl . Qabelxejn nibda billi nilqa ’ fostna lill-Kanonku Dun Ivan Scicluna bħala l-Kappillan il-ġdid ta ’ din il-parroċċa u fl-istess ħin insellem lill-Kanonku Dun David Farrugia li temm il-ħidma tiegħu u beda jaqdi l-ħtiġiet tad-Dinglin .
Għeżież Pawlini Ħal Safin , wasalna sabiex nidħlu sewwa issa fl-atmosfera ta ’ ferħ li ġġib magħha l-festa u b ’ hekk irrid naġġornakom fuq il-ħidma li baqgħet għaddejja millbanda tagħna , dejjem grazzi għall-ħidma tas-Surmast il- Mro . Michael Bugelli u l-konsulent tal-banda s-Sur Saviour Spiteri .
Bħala tagħlim tal-alljievi tal-banda , infakkarkom li dan isir bla ħlas u li dan baqa ’ jsir b ’ mod regolari matul dan iż-żmien , fejn il-Każin joffri wkoll l-użu tal-istrumenti bla ħlas lil dawk kollha li jixtiequ jitgħallmu l-mużika u jipprattikaw l-istrument . Kull min jixtieq jibbenefika minn dan is-servizz għandu jagħmel kuntatt miegħi jew ma ’ kwalunkwe membru tal-Kumitat .
Bħalma nitkellem ma ’ sħabi minn baned oħra , ma ’ kull ħin li jgħaddi qed issir aktar diffiċli biex tikkoordina l-ħidma ta ’ banda u sabiex tgħaqqad il-banda għas-servizzi li jkun hemm bżonn ( jew li ġejna biex drajna ). Bħas-snin imgħoddija s-sehem tal-Banda tagħna hu dak fil-ġranet talfesta , b ’ mod partikolari waqt il-programm vokali u strumentali fuq il-planċier nhar il- Ħamis tal-festa ( Jum it-Tieni Tridu ). Dan il-programm jinkludi ħafna preparamenti u huwa għalhekk li nixtieq nirringrazzja kemm il-bandisti tal-post kif ukoll dawk barranin għas-servizzi kollha li jagħmlu matul is-sena kollha . Barra minn hekk nixtieq li aktar żgħażagħ jersqu lejn il- Każin sabiex jagħtu ftit tal-għajnuna fejn
ikun hemm bżonn , u nirringrazzja lil dawk lil diġà qegħdin jagħmlu dan . L-ispejjeż marbuta mas-servizzi tal-banda u malprogrammi qed isiru aktar għoljin u b ’ hekk l-għajnuna tagħkom b ’ risq l-ispejjeż relatati mal-banda huma ferm apprezzati .
Bi pjaċir inħabbru li din is-sena , Ivan Schembri se jkun qed joħroġ idoqq għall-ewwel darba mal-banda tagħna blistrument sassofonu alto . Nawguralu kull suċċess .
Is-servizzi tal-banda tagħna din is-sena bdew fl-24 ta ’ April proprju f ’ Jum Ħal Safi fejn il-banda akkumpanjat il-membri tal-Kunsill Lokali u diversi mistiedna distinti
Il-bandist il-ġdid Ivan Schembri mas-Surmast Michael Bugelli

FESTA 2022 f ’ marċ li allegra lil dawk preżenti fil-pjazza lejn Dar il-Kunsill f ’ din l-okkażjoni sabiħa . Fis-7 ta ’ Ġunju l-banda ħadet sehem ukoll f ’ Qamar il-Għasel , attività kulturali mtellgħa f ’ Ħal Safi mill- Kunsill Lokali .

Infakkarkom ukoll li fit-18 ta ’ Diċembru li għadda l-banda esegwixxiet programm ta ’ marċi tal-Milied , programm li ilu jsir mit-twaqqif tal-banda .
Fis-17 ta ’ Ġunju l-banda tat sehemha f ’ jum il-pussess tal-Kappillan il-ġdid , il-Kanonku Dun Ivan Scicluna , u fit-3 ta ’ Lulju l-banda tagħna akkumpanjat il-purċissjoni fil-festa ta ’ San Pawl tar-Rabat fejn daqqet ukoll fuq il-planċier tallokal . Fis-7 ta ’ Awwissu l-banda tat is-servizzi tagħha filfesta ta ’ San Pietru f ’ Birżebbuġa .
Matul il-ġimgħa tal-festa l-banda se tkun impenjata mit-
Tnejn waqt il-ħruġ min-niċċa tal-vara titulari mill-knisja . Il-Ħamis se jkun hemm il-programm vokali u strumentali fuq il-planċier u l-Ġimgħa jkun hemm il-marċ brijjuż ta ’ San Pawl fuq iż-Żiemel . Is-Sibt ikun hemm programm ta ’ marċi minn fuq l-istess planċier waqt li jkun hemm l-ispettaklu tan-nar tal-ajru u qabel ma jinħaraq in-nar tal-art . F ’ Jum il-Festa l-banda se ddoqq waqt il-marċ ta ’ filgħodu kif ukoll bl-aħħar servizz f ’ dak li huwa magħruf bħala l-marċ tal-aħħar jew il-marċ tan-nar .
Nirringrazzja lis-Sur Sabastian Polidano talli ħa ħsieb ikopri l-ispejjeż tal-flokkijiet li jintużaw waqt il-marċ tal-Ħadd filgħodu ta ’ nhar il-festa . Grazzi wkoll lill-Kunsill Lokali tal-għajnuna li dejjem insibu mingħandhom . Minn qalbi nirringrazzja lil dawk kollha li qed jirriklmaw f ’ dan il-ktieb ,
dejjem tilqgħu t-talba li nagħmlilkom , u din il-pubblikazzjoni ( u ħafna aktar ) hija bissaħħa tagħkom .
Inħeġġiġkom tipparteċipaw magħna u tiddevertu malbriju li taf tagħti l-banda waqt il-festa li minn qalbna norganizzaw għalikom biex tiddevertu f ’ dawn il-jiem sajfin .
Kbir Appostlu Missierna San Pawl , itfa ’ l-barka , itfa ’ s-sliema , fuq uliedek Ħal Safin . Nawgura l-festa t-tajba lil kulħadd . Viva San Pawl !
Każin Banda San Pawl , Safi
25 Sena Kamra tan-Nar San Pawl - Safi
23