2022 | Page 151

FESTA 2022

Missier il-Maltin , Missier il-Ħal Safin

Lino Busuttil
Ejj ’ ilkoll infaħħru ’ l Alla Illi wriena kemm Hu kbir Meta ’ l Pawlu hawn bagħtilna LilU nagħtu kull tifħir .
Hu ġie fostna f ’ maltempata , Grigalata mill-kbar nett Li ħarbtet lill-baħrin kollha U s-suldati , bla rispett .
Kollha ħasbu li se jegħrqu , ’ L bastiment iħeffu bdew ; Li setgħu tefgħuh fil-baħar U l-ġifen għal rieħu rħew .
Qal lil Pawlu l-Anġlu f ’ dehra : “ M ’ Alla taqta ’ qalbek qatt , Għax fuq gżira għandkom taslu U mhu se jintilef ħadd .”
B ’ hekk kulħadd trejjaq b ’ xi ħaġa Għamlu lkoll ftit tal-kuraġġ , Mingħajr tmun u mingħajr qala ’, Fl-irwiefen komplew il-vjaġġ .
Erbatax il-jum u lejla Kienu ilhom f ’ da d-dagħbien . F ’ daqqa waħda l-qoxra waqfet : Ta ’ da l-vjaġġ wasal it-tmiem .
Mal-blat Malti kienu weħlu Mas-sebħ saru jafu sew Meta raw li n-nies tal-gżira Bi ħġarhom biex jgħinu gew .
Fit-tliet xhur li dam hawn Malta Pawlu għammed lill-Maltin Il-Fidi f ’ Alla ġabilna , Il-morda ħarġu mfejqin .
Minn fejn ġietu din il-qawwa Lil da l-bniedem xejn miġjub Mill-Insara , xħin jaqbadhom U jtihom f ’ idejn il-Lhud .
Kif kien qiegħed darba jagħmel Fi triqtu lejn Damasku , Leħen mis-sema sejjaħlu , Qallu : “ Jiena dak Ġesù !”
“ X ’ għandi nagħmel ?” tlabtu b ’ ħerqa Hekk kif bidla saret fik . “ Nagħtik kelmti , qatt ma nerġa ’ Fl-Insara fastidju ntik .”
Ananija lilek għallem Dawl f ’ għajnejk rajt lura ġej , Lilek għammed , lilek harreġ , Ħaruf sirt int tal-Feddej .
Bdejt tivvjaġġa u tippriedka Fid-dinja ta ’ dak iż-żmien ; Ittri tikteb , tħalli , tibgħat Lil kulħadd , għal kullimkien .
Il-Mulej bagħtek hawn fostna , Wara Kristu snin sittin , Tliet xhur domt int f ’ din il-gżira U sirt Missier il-Maltin .
Kif inbdilt int b ’ dik id-dehra ! Sirt Appostlu w mal-oħrajn Mort tiltaqa ’ xħin kont f ’ Ruma , Fosthom Pietru , Ras il-Għajn .
Miegħu Int ħadt il-passjoni , Rasu ’ l isfel hemm sallbuH ; Ġewwa Ruma t-Tre Fontane B ’ ġismek minn rasek maqtugħ .
Kull sena f ’ Ħal Safi nfakkru F ’ Jannar il-Ħamsa w Għoxrin , Din il-ġrajja , l-Konverżjoni Ta ’ Missier il-Ħal Safin .
Imbagħad wara f ’ kull Awwissu Festa oħra kbira ssir Sabiex nuru kemm għal qalbna Ngħożżu ’ l da l-qaddis hekk kbir .
Insellmulek San Pawl Tagħna , Int l-Appostlu kbir tal-ġnus . Lilna bierek , lilna qaddes , Waqt li nagħlaq dawn il-vrus .
Viva San Pawl !

FESTA 2022

Każin Banda San Pawl , Safi
25 Sena Kamra tan-Nar San Pawl - Safi
151