2022 | Page 15

FESTA 2022

Noti tas-Segretarju

Emanuel Debono
Nixtieq nibda dan il-messaġġ billi nirringrazzja ’ l Alla , lil San Pawl u lill-qaddisin kollha li l-pandemija battiet , u jekk ir-restrizzjonijiet jibqgħu kif inhuma , inkunu nistgħu nagħmlu festa normali . Minn qalbi nsellem lis-soċi u lill-benefatturi kollha tal-Każin Banda San Pawl , kemm ħajjin u mejtin . Insellem ukoll lil dawk il-Ħal Safin u oħrajn li dejjem taw il-kontribut tagħhom , kemm finanzjarjament u wkoll b ’ xogħol volontarju . Tifhmu li matul dawn l-aħħar sentejn il-finanzi kienu problema kbira għall-għaqdiet volontarji , l-aktar għax ma stajniex nagħmlu attivitajiet . Filwaqt li nirringrazzjakom tal-ġenerożità tagħkom , nappella biex tkunu ta ’ għajnuna finanzjarja biex din il-festa tkun suċċess .
Il-Kumitat Ċentrali nnomina lis-Sur Alexis Callus biex ikun l-Editur ta ’ dan il-ktieb , u min-naħa tiegħu aċċetta u ngħata l-inkarigu . Is-Sur Leli Zahra għal darb ’ oħra reġa ’ ħa ħsieb jiġbor ir-reklami u s-Sur Carmel Callus ħa ħsieb jikkonsolida l-artikli . Matul is-sena tkompla x-xogħol fuq il-planċier . Is-sena l-oħra tlesta l-bronż tal-faċċata filwaqt li l-aħwa Julio u Charlie Sacco komplew bixxogħol tal-poġġaman . B ’ hekk issa x-xogħol kważi wasal fl-istadju finali .
Il-President ġietu l-idea li nixtru mejda tal-billiard għall-Każin u dan irnexxa għaliex qed jinġabru ħafna żgħażagħ kif ukoll kbar fil-Każin fejn saru wkoll diversi kompetizzjonijiet matul ix-xhur tax-xitwa . Hekk kif tneħħew ir-restrizzjonijiet , il-Każin organizza l-wirja talvari u l-mejda tal-appostli fi żmien il-Ġimgħa l-Kbira blgħajnuna ta ’ Tessie u Michael Magri .
Bl-għajnuna tas-Sur Alexis Callus , applikajna għal fondi tal-Awtorità tal-Ippjanar biex nirrestawraw ittaraġ ta ’ wara u xi kmamar fil-Każin . Il-Perit Toni Bezzina ħa ħsieb il-pjanti u dak kollu meħtieġ biex nissottomettu l-applikazzjoni . Dan ix-xogħol għamlu kollu volontarjament u ta ’ dan ngħidulu grazzi . Grazzi wkoll lill-President Pawlu Busuttil li ħa ħsieb dan ilproġett .
F ’ Mejju ġejna mistiedna mill-Kulleġġ San Benedittu f ’ Ħal Kirkop biex narmaw bandalori , liedna u pilandra kif ukoll l-istandard tal-banda waqt attività għallistudenti . Grazzi lill-Kummissjoni Armar li ħadu ħsieb ta ’ dan .
Din is-sena l-parroċċa kellha tibdil fil-Kappillan . Nirringrazzja lill-Kanonku Dun David Farrugia talħidma tiegħu tul dawn l-aħħar tmien snin u nagħti
merħba lill-Kanonku Dun Ivan Scicluna fostna .
Din is-sena l-Banda San Pawl kellha diversi servizzi ; daqqet f ’ Jum Ħal Safi , fis-Sette Giugno waqt l-attività Qamar il-Għasel , fil-pussess tal-Kappillan , nhar San Pawl tar-Rabat fit-3 ta ’ Lulju kif ukoll nhar San Pietru f ’ Birżebbuġa fis-7 ta ’ Awwissu . Dan minbarra l-impenji tagħha u l-preparamenti li qed isiru għal matul il-ġimgħa tal-festa .
Biex inkomplu nżidu l-atmosfera fi żmien il-festa , ordnajna tliet tipi ta ’ pavaljuni għal mal-gallariji u dawn veru ntlaqgħu tajjeb . Grazzi tal-kontribuzzjonijiet tagħkom .
Grazzi lil Charlie , Pawlu u l-aħwa Polidano u l-familji tagħhom għall-għajnuna li dejjem insibu mingħandhom . Grazzi lill-Kumitat Ċentrali u lis-Sottokumitati tan-Nisa , tal-Armar , taż-Żgħażagħ u tan-Nar . Grazzi lill-Kunsill Lokali , lis-Sindku u l-ħaddiema kollha , lil Dun Ivan Scicluna , lil Dun Tony Pace , il-Mużew Subien u Bniet , lis-Sorijiet Dumnikani , il-Kunsill Pastorali u lil kull min jgħin b ’ mod jew ieħor lis-Soċjetà , inklużi dawk li jsellfuna inġenji li jkollna bżonn biex naħdmu u narmaw dan dejjem mingħajr ħlas .
Grazzi lill-Membri Parlamentari tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni tal-għajnuna li dejjem insibu mingħandhom . Il-Kumitat jiskuża ruħu għal kull inkonvenjent tat-traffiku matul il-ġimgħa tal-festa u nirringrazzjaw lir-residenti tal-kooperazzjoni tagħhom .
Nappella biex nużaw is-servizzi ta ’ dawk li jirreklamaw f ’ dan il-ktieb tal-festa .
Din is-sena tlifna lis-Sur Anthony Sultana li kien serva ta ’ Segretarju tal-Kumitat , lil Pawlu Busuttil il-Fokkli , lil Mike Brockdorff , lil Pawlu Mifsud , lil Ċikku Zammit ta ’ Ġola u lid-Direttur Spiritwali tagħna Dun Karm Zammit . Niftakru fihom fit-talb tagħna .
Nagħlaq billi nħeġġeġ lil kulħadd , lil kull min għandu għal qalbu l-festa tal-Patrun tagħna San Pawl biex jipparteċipaw bi ħġarhom fl-attivitajiet kollha li jiġu organizzati fil-jiem tal-Festa . Nawguraw il-Festa t-tajba lil kulħadd . Viva San Pawl !

FESTA 2022

Każin Banda San Pawl , Safi
25 Sena Kamra tan-Nar San Pawl - Safi
15