2022 | Page 143

L-applikazzjoni għall-iskrizzjoni fi ħdan il-lista ta ’ Wirt Kulturali Intanġibbli tal-UNESCO
FESTA 2022 fil-lokalità tagħhom . Il-kummissjoni saħqet fuq il-prinċipju li l-festa Maltija hija waħda sħiħa u tħaddan fiha l-parti interna u dik esterna . F ’ Novembru 2019 ġie sottomess l-ewwel dokument bħala Espressjoni ta ’ Interess biex ilfesta Maltija tiġi inkluża fl-Inventarju Nazzjonali tal-Wirt Kulturali Intanġibbli ta ’ Malta . Dan id-dokument inkluda lista tal-aktar elementi importanti li jsawru l-festa Maltija , iżda ma daħalx fid-dettall dwar użanzi jew tradizzjonijiet ta ’ rħula partikulari sabiex b ’ hekk setgħet issir preżentazzjoni ta ’ festa Maltija sħiħa ġenerali .

Il-Festa Maltija :

L-applikazzjoni għall-iskrizzjoni fi ħdan il-lista ta ’ Wirt Kulturali Intanġibbli tal-UNESCO

Kav . Duncan Brincat
Chairperson Kummissjoni ‘ Il-Festa bħala Wirt Intanġibbli ’ fi ħdan l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda
Kull min għandu għal qalbu l-wirt kulturali Malti , mirfud f ’ sisien ta ’ ġens u magħġun f ’ dak li sawwar artna mar-radda taż-żmien , żgur jintebaħ li l-festa Maltija tista ’ titqies bħala waħda mill-elementi kulturali prinċipali ta ’ dawn il-gżejjer . Sa mill-ibgħad żminijiet , ġensna għaraf il-ħtieġa li jingħaqad f ’ komunità spiritwali , li jiċċelebra t-twemmin tiegħu u joħloq riti awtentiċi li jinfatmu minn dawk ta ’ artijiet biswitna . Madankollu , il-festa Maltija kif mirquma llum , taf il-bidu tagħha għas-seklu dsatax meta diversi tradizzjonijiet differenti ġew magħquda flimkien biex inħoloq dan l-avveniment annwali f ’ ħajjet il-poplu ta ’ kull belt u raħal f ’ Malta u Għawdex .
Għal aktar minn 400 sena ilu , il-festa kienet ċelebrazzjoni reliġjuża fil-knejjes , bit-tqassim ta ’ ikel u xorb lill-foqra minn xi benefatturi . Fis-seklu tmintax bdew jintramaw xi toroq bil-bnadar , bdew jinħarqu l-maskli u xi mużiċisti bdew jingħaqdu flimkien biex idoqqu u joħolqu atmosfera ta ’ ċelebrazzjoni . Il-mużika sagra stagħniet , filwaqt li minn tmiem is-seklu sbatax bdiet tiġi introdotta l-użanza li mal-purċissjoni tinħareġ vara merfugħa madwar it-toroq . Dan kollu eventwalment wassal biex f ’ nofs isseklu dsatax bdew jitwaqqfu l-ewwel każini tal-banda , pilastri ewlenin biex maż-żmien kibru ċ-ċelebrazzjonijiet esterni . L-istorja nafuha u għadha tinkiteb : il-festi stagħnew mhux biss fl-aspett intern b ’ armar u mużika aktar elaborati , iżda b ’ mod speċjali fl-aspett estern , mhux biss bis-sehem tal-baned lokali , iżda wkoll b ’ armar rikk u ħarqiet tan-nar ta ’ livell għoli . Madankollu , l-identifikazzjoni prinċipali ta ’ dak li eventwalment sawwar il-festa Maltija hija l-ħidma volontarja : komunità li tingħaqad flimkien , u għalkemm minn mixjiet differenti , taħdem biex twettaq għan komuni .
B ’ riżultat tal-konvenzjoni tal-2003 tal-UNESCO , il-pajjiżi membri qablu li tinħoloq lista dinjija ta ’ wirt kulturali intanġibbli flimkien ma ’ reġistru ta ’ prattiċi tajba ta ’ konservazzjoni . Kull sena jiġu evalwati nominazzjonijiet diversi għall-iskrizzjoni minn pajjiżi membri , bi wħud minn dawn l-applikazzjonijiet ikunu konġunti bejn pajjiżi differenti . Il-proposta li Malta tinnomina l-festa Maltija għal din il-lista kienet ilha xi snin li ssemmiet , u saru xi tentattivi biex jibda dan il-proċess . Sfortunatament dan baqa ’ qatt ma seħħ , u konxji tal-bżonn li l-festa Maltija tiġi konservata u mogħtija d-dinjità li jixraqilha , l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda talbet sabiex tieħu hi r-riedni f ’ idejha biex dan il-proċess jitwettaq .
Fis-sena 2018 twaqqfet kummissjoni interna bl-għan li tistabbilixxi l-elementi prinċipali li jsawru l-festa Maltija , dokumentazzjoni dwar l-isfond storiku tagħha u lista ta ’ għaqdiet volontarji stabbiliti f ’ kull belt u raħal ta ’ Malta u Għawdex li jaħdmu biex isir dan l-avveniment annwali

FESTA 2022 fil-lokalità tagħhom . Il-kummissjoni saħqet fuq il-prinċipju li l-festa Maltija hija waħda sħiħa u tħaddan fiha l-parti interna u dik esterna . F ’ Novembru 2019 ġie sottomess l-ewwel dokument bħala Espressjoni ta ’ Interess biex ilfesta Maltija tiġi inkluża fl-Inventarju Nazzjonali tal-Wirt Kulturali Intanġibbli ta ’ Malta . Dan id-dokument inkluda lista tal-aktar elementi importanti li jsawru l-festa Maltija , iżda ma daħalx fid-dettall dwar użanzi jew tradizzjonijiet ta ’ rħula partikulari sabiex b ’ hekk setgħet issir preżentazzjoni ta ’ festa Maltija sħiħa ġenerali .

L-Espressjoni ta ’ Interess serviet bħala l-pedament għallapplikazzjoni li kellha ssir għat-talba formali lill-UNESCO . F ’ dan ir-rigward , l-applikazzjoni formali kellha tkun iżjed mistħarrġa u studjata , u għalhekk wara diversi laqgħat mad-Direttorat tal-Kultura , bdiet ħidma ta ’ konsulenza professjonali u anki kitba minn studjuż fil-qasam talantropoloġija . L-iskop aħħari kien li l-festa Maltija tiġi ppreżentata bħala espressjoni ta ’ poplu , bl-iskop li tiġi stabbilita identità kulturali qawwija u mirfuda fil-ġewwieni tal-ġens Malti . Sadanittant , matul is-sena 2020 bdew jinġabru ittri mingħand diversi individwi u dilettanti dwar xi tfisser ilfesta għalihom , filwaqt li fl-istess perjodu bdiet ħidma dwar video li kien se jiġi ppreżentat mal-applikazzjoni stess .
Il-mixja biex tiġi finalizzata din l-applikazzjoni kienet xi ftit għat-telgħa , anki għaliex huma bosta dawk li jagħtu sehemhom biex il-festi f ’ Malta jkunu meqjusa bħala l-ikbar qasam kulturali . Minbarra l-għajnuna tal-Ministeru tal- Kultura , saret ħidma intensiva u koordinata mal-Arċidjoċesi ta ’ Malta , fejn permezz tal-Konferenza Episkopali Maltija rnexxielna nwasslu l-ħtieġa li nippreservaw il-festa Maltija sħiħa , għaliex jekk jitnawru l-aspetti tradizzjonali tagħha , speċjalment dawk interni u esterni , dan l-avveniment ma jkunx jista ’ jissejjaħ iżjed bl-istess isem : ikun kollox minbarra festa Maltija !
Eventwalment , fit-12 ta ’ Marzu 2021 saret laqgħa ta ’ diskussjoni u approvazzjoni għall-komunità li għalqet dan il-proċess kollu , sabiex ftit ġranet wara , eżattament fit- 30 ta ’ Marzu , in-nominazzjoni bl-isem ‘ Il-Festa Maltija : Ċelebrazzjoni Komunitarja Annwali ’ ntbagħtet lill- UNESCO li kkonfermaw il-wasla tagħha .
Għalkemm l-imxija tal-Covid-19 kellha l-impatti tagħha anki fuq il-ħidma tal-UNESCO , in-nominazzjoni tal-festa Maltija bħalissa tinsab fl-istadju ta ’ evalwazzjoni u nistennew b ’ ħerqa li sas-sena d-dieħla dan il-proċess jintemm . Finalment , l-għan aħħari għandu dejjem ikun li din it-tradizzjoni unika tal-gżejjer Maltin nikkonservawha , nipproteġuha , u ngħadduha lill-ġenerazzjonijiet ta ’ warajna bħala l-iktar espressjoni kulturali awtentika ta ’ Malta u Għawdex .
Każin Banda San Pawl , Safi
25 Sena Kamra tan-Nar San Pawl - Safi
143