Leondardo
Giorgio ( Żuża )
Ħafna Ħal Safin kienu jsiefru minħabba l-qgħad , nuqqas ta ’ xogħol jew il-pagi miżerabbli li kien hawn dak iż-żmien . Il-maġġoranza tal-emigranti Ħal Safin , madwar 17-il persuna , kienu meqjusa illiterati għax ma kinux jafu bl-Ingliż waqt li sitt persuni biss kienu meqjusa litterati . Ilmaġġoranza tagħhom ma kellhomx sengħa partikulari , tant li kienu meqjusa sempliċiment labourers ; Gaspare Busuttil kien jaħdem ta ’ qaddej ( 1922 ); Nazzareno Busuttil kien barbier ( 1923 ); Leonardo Busuttil kien jaħdem f ’ minjiera tar-ram ( 1915 ), u Paolo Abdilla kien pumpier .
L-aktar kunjomijiet li jispikkaw f ’ din il-lista huma Busuttil , Cutajar u Zammit . Jekk inħarsu lejn l-ismijiet tat-toroq Ħal Safin li jissemmew insibu : Triq San Pawl , Triq Santa Marija , Triq San Franġisk u Triq il-Ħlantun . Hemm individwi li kienu twieldu Ħal Safi imma marru jgħixu f ’ irħula oħra . Emmanuele Cutajar ( 1919 ) u Giovanna Cutajar kienu residenti l-Ħamrun , Fedele Barbara ( 1913 ) kien residenti l-Imqabba , Paolo Abdilla ( 1920 ) kien residenti ż-Żejtun , u Giuseppe Bonnici ( 1912 ) kien jgħix il-Floriana . Kien hemm oħrajn li kienu mwielda f ’ raħal ieħor imbagħad marru joqogħdu Ħal Safi . Emmanuele Vella ( 1925 ) twieled iż-Żurrieq waqt li Carmelo Busuttil ( 1913 ) twieled il-Belt Valletta .
Fid-dokument tal-passaporti kienu jniżżlu jekk ilpersuna kellha xi marka jew diżabbiltà fuq ġisimha bħal Leonardo Busuttil ( 1919 ) li kellu tattoo ta ’ qalb fuq driegħu x-xellugija , Paolo Abdilla ( 1920 ) kellu tattoo fuq driegħu u idu u kellu wkoll ċikatriċi fuq imnieħru , fil-waqt li Gaspare Busuttil kellu diżabbiltà f ’ idu x-xellugija . Kienu anke jindikaw f ’ ċerti applikazzjonijiet jekk il-persuna kinitx kapaċi tħarbex isimha .
Il-Familja ta ’ Leonardo Busuttil ( Tal-Makkaka ) 23
Ġużeppi |
Leonardo |
Gaspare |
|
|
( Ta ’ Gaspan ) |
Nazzareno ( Ta ’ Żeba ’)
Referenzi
1
Frendo , Henry . Diaspora Maltese Overseas Settlement , midseabooks , 2020 .
2
Blue Books : 1919 -1938 .
3
Attard , Lawrence E . L-Emigrazzjoni Maltija s-Seklu Dsatax u Għoxrin , PEG , 1999 . Pp 51-52 .
4
Attard , Lawrence E . The Great Exodus ( 1918-1939 }, PEG , 1989 , Malta Migration , https :// maltamigration . com / history / exodus / chapter1-2 . html .
5
Attard , pp . 53 .
6
Attard , pp 54 .
7
Attard , https :// maltamigration . com / history / exodus / chapter2-2 . html .
8
Attard , https :// maltamigration . com / history / exodus / chapter3-3 . html .
9
Attard , https :// maltamigration . com / history / exodus / chapter3-4 . html .
10
Attard , https :// maltamigration . com / history / exodus / chapter3-5 . html
11
Ibid .
12
Ibid .
13
Attard , https :// maltamigration . com / history / exodus / chapter3-2 . html .
14
Blue Books : 1900-1938
15
Arkivji Nazzjonali ; Applikazzjonijiet tal-Passaporti 1900-1939
16
Kien joqgħod 2 , Strada San Francesco ( twieled 5 / 08 / 1881 )
17
Kien joqgħod 5 , Strada Ħlantun ( twieled 14 / 08 / 1879 )
18
Kien joqgħod 14 , Strada San Paolo ( twieled 28 / 02 / 1893 )
19
Kien joqgħod 1 , Strada San Paolo ( twieled 25 / 10 / 1902 )
20
Kien joqgħod 20 , Strada San Paolo ( twieled 26 / 03 / 1892 )
21
Kien joqgħod 5 , Strada Santa Marija ( twieled 11 / 10 / 1895 )
22
Kien joqgħod 8 , Strada San Paolo ( twieled 6 / 11 / 1903 )
23
Kienet toqgħod 8 , Strada San Paolo ( Antonio Busuttil ma kellux annes ir-ritratt mal-passaport tiegħu ).
O San Pawl ħarisna dejjem , ibqa ’ żommna magħqudin Int ir-ragħaj li tieħu ħsiebna , int patrun tal-Ħal Safin .
FESTA 2022
Każin Banda San Pawl , Safi
25 Sena Kamra tan-Nar San Pawl - Safi
135