Rakkonti : Mużiċisti Ħal Safin u d-divertiment f ’ Ħal Safi bejn l-1950 u l-1960
Jinny Cachia
FESTA 2022
Ser immorru lura fiż-żmien meta t-tessut ta ’ Ħal Safi kien ferm differenti minn tal-lum . Apparti fil-pjazza u d-dawra tal-purċissjoni li kienet tinkludi t-toroq San Pawl , San Ġużepp u Santa Marija u xi ħames sqaqien , ftit li xejn kien hawn djar . Kellna xi tliet ħwienet tal-merċa u xi erba ’ ħwienet tax-xorb fejn ħafna rġiel , wara ġurnata iebsa ta ’ xogħol kienu jiltaqgħu u jixorbu xi pinta nbid jew flixkun luminata .
Minn ħdejn il-Villa ta ’ Dun Ġwann ( illum ir-residenza tas-sorijiet Dumnikani ) sal-kamra tan-nagħal kien hemm triq dejqa qalb l-għelieqi . Iż-żona kienet magħrufa bħala tal-Farrat . Kull ma kien hemm kienu tlett idjar tal-familji ta ’ Rasaj , ta ’ Serek u ta ’ Manna . Dawn kienu nbnew minn Salvu Callus ta ’ Vitor ta ’ Manna . Kien hemm ukoll barumbara li kellha titwaqqa ’ meta fil-bidu tassnin ħamsin infetħet Triq iż-Żurrieq fejn sar l-ewwel żvilupp . L-ewwel dar li bdiet tinbena fi Triq iż-Żurrieq kienet id-dar ta ’ Ġianmarie Cachia , illum b ’ numru 13 . Wara , beda jinbena r-raba ’ ta ’ Bnejqiet , minn fejn hemm l-iskola illum , sa tarf Triq San Tumas u ’ l isfel sa fejn illum hemm Triq Ħlantun .
Il-popolazzjoni kienet tilħaq ċirka 700 ruħ . Fl-1948 infetħet l-iskola primarja ta ’ Ħal Safi u kienet saret obligatorja għat-tfal kollha . Qabel , it-tfal kien ikollhom jimxu , xemx u xita , saż-Żurrieq biex jattendu l-iskola . Xogħol il-maġġoranza tan-nies kien fil-biedja , masservizzi Ingliżi , it-Tarzna u fil-kostruzzjoni kemm malgvern u mal-privat .
It-toroq kienu tan-nies għaliex bilkemm kienet tgħaddi xi karozza . Fil-fatt , fis-sajf in-nies kienet toħroġ barra bilqiegħda fuq it-tarġiet ta ’ barra jew fuq xi banketta u t-tfal jiġru u jilagħbu minn ħâra għal oħra . Meta kienu jisimgħu ħoss ta ’ karozza , kienu jieqfu u jduru biex jarawha u jilmħu ta ’ min hi . Fl-1949 wasal is-servizz tal-elettriku u bil-mod , fuq medda ta ’ ftit snin , beda jidħol id-dawl fid-djar u bdew jinxtegħlu t-toroq li sa dak iż-żmien kienu jiddawlu bil-fanali tal-pitrolju . Konna neqsin mis-servizzi sanitarji . Drenaġġ kien għad ma hawnx u kienu jinqdew bil-fosos .
Il-Knisja tar-raħal kienet iċ-ċentru u fil-qalb tannies Ħal Safin . In-nies kienu jattendu b ’ imħabba kbira l-funzjonijiet u s-servizzi li kienu jsiru fil-knisja parrokkjali . Apparti d-dover reliġjuż , dawn iċ-ċerimonji kienu okkażjonijiet biex in-nies joħorġu , jitgħallmu , jiltaqgħu u jieħdu gost . Nhar ta ’ Ħadd , il-ħarġa tażżgħażagħ kienet li jmorru wara nofsinhar il-knisja għall-Barka Sagramentali lebsin il-ħwejjeġ ta ’ nhar ta ’ Ħadd u wara jgħaddu siegħa jitkellmu fuq iz-zuntier . Bniet għalihom u subien għalihom .
Sa hawnhekk , konna qegħdin fi żmien Il-Kappillan Dun Pawl Said li kien ġie Ħal Safi fl-1946 . Warajh kien inħatar Dun Bartolomeo Bezzina fil-bidu tas-sena 1954 li mbagħad kien telaq hekk kif għaddew iċ-ċelebrazzjonijiet taċ-ċentinarju ta ’ San Pawl fl-1960 .
Dun Bezzina , b ’ karattru ddixxiplinat , kien bena kor b ’ saħħtu . Il-koristi , fost oħrajn kienu Karmena u Ċetta Cutajar tan-Nusa , Pawla Zammit ta ’ Indrin ta ’ Żeppu , Pawla tal-Bondin , Tereża Abdilla ta ’ Pupul , Ġannina Busuttil tal-Kanannu , Benny Cutajar tan-nekus ( illum soru ) u Ġanna Callus ta ’ Vitor ( illum soru ). Is-sorijiet Dumnikani wkoll kienu jieħdu sehem . Il-kappillan kien jgħallimhom kant Gregorjan . Kienu jipprattikaw il-kant fil-kappella ta ’ Santa Marija . Kull korista kien ikollha pitazz bin-noti tal-kant u waqt il-lezzjoni , il-kappillan kien jgħidilhom biex jimmarkaw in-noti bi vleġġa ’ l fuq meta jridu jitilgħu u vleġġa ’ l isfel fuq in-noti meta jridu jinżlu . Il-kor kien jieħu sehem f ’ diversi attivitajiet bħal fil-festa ta ’ San Pawl li kienet issir fil-25 ta ’ Jannar , fil-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid il-Kbir . Naturalment il-kor kien jieħu sehem ukoll fil-festi ta ’ Corpus u tar-Rużarju . Filomenu Cachia li kien inkarigat mill-Fratellanza tar-
Uħud mit-tfajliet tal-kor fi żmien Dun Bert ( Ritratt : Karmena Cutajar )
Każin Banda San Pawl , Safi
25 Sena Kamra tan-Nar San Pawl - Safi
111