2022 | Page 11

FESTA 2022

Il-Messaġġ tal-President

Pawlu Busuttil
Wara sentejn li fihom ma setgħux isiru l-festi minħabba l-pandemija tal-Covid-19 , jidher li hawn ċertu entużjażmu biex jerġgħu jibdew jiġu ċċelebrati l-festi fl-ibliet u l-irħula tagħna kif rajna matul dawn ixxhur tas-sajf . Dan jawgura tajjeb biex nerġgħu nibdew niċċelebraw il-festi bħas-snin ta ’ qabel .
Għalkemm f ’ dawn is-sentejn ma kinux qed jiġu ċċelebrati l-festi u l-ħidma tal-għaqdiet tħarbtet xi ftit , xorta waħda fi ħdan is-Soċjetà tagħna kienu għaddejjin ċerti xogħlijiet , bħalma huma t-tagħlim tal-aljevi , armar , nar , xogħol ta ’ manutenzjoni fil-każin u fil-maħżen talarmar u anki fil-kamra tan-nar . Dan kollu kien qed isir b ’ kawtela minħabba r-restrizzjonijiet .
Din is-sena , bħala xogħol fil-każin , irrestawrajna parti oħra mill-bini , jiġifieri fejn hemm it-taraġ l-antik li qiegħed in-naħa tal-kappella ta ’ Santa Marija . Ix-xogħol kien jikkonsisti f ’ sistema ġdida tad-dawl , kisi mill-ġdid u żebgħa ta ’ ħitan , it-tneħħija ta ’ kamra tal-banju qadima , l-għoti ta ’ żebgħa lill-bibien u lit-tieqa , xogħol fuq ittravi tal-injam li anki ngħataw trattament kontra s-susa u xogħlijiet oħra li kollha qed isiru permezz ta ’ fondi li ksibna minn skema tal-Awtorità tal-Ippjanar .
Rigward il-planċier , tajjeb li nsemmi li wara li s-sena l-oħra waslu r-railing u l-armi tal-bronż tal-faċċata mill- Italja , fejn inħadmu għand id-ditta Fonderia Artistica Varsiliese ta ’ Pietrasanta , din is-sena l-imgħallmin Charles u Ġulju Sacco tal-Imqabba qegħdin jaħdmu l-poġġaman tar-railing ta ’ quddiem , u hekk il-planċier ikun imdawwar kollu bil-bronż u r-railing bil-poġġaman tal-kewba .
Din is-sena fil-parroċċa tagħna nbidel il-kappillan bil-Kanonku Dun David Farrugia jintbagħat iservi bħala arċipriet f ’ Ħad-Dingli u floku jilħaq bħala Kappillan
ġdid ta ’ Ħal Safi l-Kanonku Dun Ivan Scicluna . Minn qalbna nirringrazzjaw lil Dun David għax-xogħol li wettaq fil-parroċċa tagħna tul it-tmien snin li għamel fostna u għallkooperazzjoni li dejjem mexa biha magħna . Nawguraw lil Dun Ivan għall-ħatra tiegħu fostna u l-ewwel laqgħa formali li kellna miegħu qabel il-pussess tawgura għal relazzjonijiet tajbin fis-snin li ġejjin .
Matul is-sena aħna nsibu wkoll għajnuna u kooperazzjoni min-naħa tal-Kunsill Lokali u għal dan nirringrazzjaw lis-Sindku s-Sur Johan Mula u lillkunsilliera kollha . Nirringrazzjawhom ukoll għall-ħidma li jwettqu għall-ġid tar-raħal tagħna .
Nirringrazzja wkoll lis-Surmast tal-Banda Mro Michael Bugelli , lill-konsulent tal-Banda s-Sur Saviour Spiteri u lill-bandisti kollha għas-servizzi li jtuna matul is-sena . Nirringrazzja wkoll lis-sezzjonijiet tan-nar , talarmar , tan-nisa u taż-żgħażagħ , lil sħabi tal-Kumitat u lil dawk kollha li jgħinuna kemm bix-xogħol jew b ’ inġenji u anki finanzjarjament , u wkoll lill-isponsors għaliex żgur li mingħajr l-għajnuna tagħhom ma jkunx possibbli li nagħmlu festa .
Qabel nagħlaq , nixtieq li min jista ’, jagħti daqqa t ’ id fl-armar ħalli b ’ hekk ix-xogħol tal-armar jinqasam u ħadd ma jbati . Nagħmel appell biex tgħinuna finanzjarjanent għaliex apparti l-banda u l-festa , għadna għaddejjin bilħlas tax-xiri tal-proprjetà u x-xogħol fuq il-planċier .
Grazzi bil-quddiem u l-festa t-tajba lil kulħadd .
www . blood . gov . mt

L-isbaħ azzjoni li tista ’ tagħmel ... agħti d-demm

FESTA 2022

Każin Banda San Pawl , Safi
25 Sena Kamra tan-Nar San Pawl - Safi
11